St Roque Chapel Ħaż Żebbuġ
Waħda mill-eqdem kappelli li nsibu fir-raħal ta’ Ħaż-Żebbuġ hija dik iddedikata lil Santu Rokku
Happening now !!!
Ermita de San Roque
https://maps.app.goo.gl/FbqkQ6gqb4RgdX5b9?g_st=ic
Kompetizzjoni tal-presepji nhar 18 ta' Dicembru 2022 gewwa il-kapella ta' Santu Rokku, Haz-Zebbug. Narawkom
Inselmu il-memorja gheluq il-61 sena mil-mewt ta’Dun Karm Psalia.
Artwork by Sebastian Zammit portraying the Chapel of St Roque in Haz-Zebbug.
Il-Milied it-tajjeb lil kullhadd
Ritratt 360° min gewwa il-Kapella ta' Santu Rokku. Grazzi ghal Rayden Mizzi
Due to ongoing road works at Triq il-Kbira, the chapel will be closed tomorrow 2nd May. Any enquiries can still be made through Facebook messages or direct contact with Din L-Art Helwa at https://dinlarthelwa.org
Din l-Art Ħelwa - National Trust of Malta Din l-Art Ħelwa, National Trust of Malta, is a non-governmental, not-for-profit, voluntary organisation founded in 1965 to safeguard the historic, artistic and natural heritage of Malta. Since its foundation, Din l-Art Ħelwa has restored and managed numerous cultural sites of immense historic and ...
Il-Kwadru ta’gewwa il-Kappella
Din il-pittura li turi lil Santu Rokku kif normalment jiġi rappreżentat fil-pitturi, jiġifieri liebes ta’ pellegrin fqir waqt li qed jgħolli ħwejġu biex jikxef il-ferita tal-pesta fuq kuxtejh. Jinsab ukoll akkumpanjat minn kelb li qed iġorr ħobża f’ħalqu.
Din il-pittura tidher li saret fil-bidu tas-sbatax il-seklu. Għalkemm din il-pittura ma nafux min pittirha, Tony Terribile jissuġġerixxi li din tfakkrek f’pitturi ta’ Filippino Dingli. Dan il-pittur Malti għandu diversi pitturi fi knejjes oħra fil-gżejjer tagħna. Il-kwadru titulari fuqu għandu skolpita gwarniċa nofs tond, li tagħti elaganza lil dan l-altar.
In 1592 the first bubonic plague epidemic hit the Maltese Islands, probably brought over by the galleys of the Grand Duke of Tuscany. About 3000 people died of this severe disease and a certain Tumas Vassallo and his wife Katarin initiated the building of this chapel the same year.
Article attached below:
Inspector of Hospitals Ralph Green and the plague in Malta of 1813 Management of 1813 plague in Malta by Inspector of Hospitals Ralph Green and Sir Thomas Maitland
Il-Kappella ta' Santu Rokku - FIMBank CSR Video Spot 43 of 48
Gewwa il-kappella hemm bust replica ta’dak li hawn anness hawn taht.
Insellemu il-memorja tal-poeta Nazzjonali Malti Dun Karm Psaila fl-okkazjoni tad-disgha u hamsin sena. Hafna jafu dwar il-kontribut li ta Dun Karm lil Malta u ghalhekk f’dan il-paragrafu ha inkun qied nohodkom lura lejn il-mewt ta’Dun Karm.
Dun Karm kien iddahal l-isptar f’Lulju tal-1961 hekk kif kien qrib hafna tad-disghin sena u kullhadd kien qied jistenna li Dun Karm jaghlaq id-disghajn sena. Tant huwa hekk li l-istudenti tal-Universita ta’Malta kienu qedin jistennew dan l-avveniment bi tnedija ta’ Akkademja ghat-18 ta’Ottubru f’gheluq id-disghajn sena tieghu u Akkademja ohra jisimha Societe Academique Maltaise li kellha issir propju fi 13 ta Ottubru. Izda f’Ottubru, Dun Karm ma kienx ghadu f’qaghda li johrog mil l-isptar u dawk li zaruh f’dak ix-xahar sabuh ghajjien hafna mentalment. Hekk kif kienet qeda issir l-Akkademja tat-13 ta’Ottubru li Dun Karm qaleb sewwa ghal l-ghar u ghalhekk in-nepputi tieghu, il-Kavallier Joseph Paul Vassallo gie msejjah biex imur l-isptar ghax Dun Karm kien jinsab hazin hafna. Imbghad fl-10 tal-lejl ta’ dakinhar Dun Karm psaila il-Poeta Nazzjonali u iz-Zebbugi ghalaq ghajnejh ghal kollox.
Dun Karm Psaila jibqa dejjem imfakkar ghal kemm kien radikali ghal zmienu fl-ghazla tal-uzu tal-lingwa Maltija ghal espressjonijiet poetici u artistici.
Ref: Dun karm Il-Hajja tal-poeta nazzjonali min Mons Lawrenz Cachia.
Good morning from the inside of the 16th centuary chapel of St Roque located in Haz-Zebbug.
The ex-custodian of the chapel ❤️
On the first death anniversary of the beloved local contributor and pharmacist 'Michael Bonnici', the local council has decided to name a street commemorating him
Happy Easter ta All........from St Roque Chapel 🤙🤙🤙
Gentilment navza lill-vizitaturi kollha tal-Kapella ta’ Santu Rokku f’Haz Zebbug, li minhabba l-ahhar zvilupi tal-COVID-19, il-Kapella ser tkun maghluqa fil-gimghat li gejjin sakemm jithabbar li l-periklu spicca min naha tal-awtoritajiet tas-sahha f’Malta.
Grazzi tal-koperazzjoni taghkom.
The restored statue of 'St. Roque'
Jitkompla ix-xoghol ta’ restawr fuq il-gemb tal-kappella. Progress 17 ta’Frar 2020
A photo of the chapel dedicated to 'St. Roque' ('Santu Rokku') which dates back to the 1970's
Lapida gdida ghal informazjoni dwar Santu Rokku.
Progress fuq ir-restawr tal-faccata tal-kappella. Wiehed jista jinnota li ix-xoghol qed isir b’reqa kbira u li kemm jista jkun ihalli l-originalita hemmhekk. Il-konservazjoni tal-Kapella ta’Santu Rokku qed issir m-fondi ta’ Din l-art helwa.
Strieh fis sliem Philip Said, zgur li ha jkollok postok gewwa il-muzew fil-kappella ta’Santu Rokku bhala wiehed mil-kontributuri ewlenin ta’Haz-Zebbug.
Kitba min Philip Ellul :
Nistqarr li għadni lanqas nista' nemmen l-aħbar li l-ħabib għażiż tagħna, Philip Said, m'għadux magħna. Illum tabilħaqq tlifna raġel fuq l-irġiel, ġentlom per eċċellenza, bniedem tal-familja li dejjem ħabb il-ġabra u l-għożża u ħaddan valuri sodi mibnija fuq il-fidi qawwija nisranija li huwa kellu.
Lil Philip ilni nafu minn mindu kont għadni daqsxejn ta' ġuvnott. Minn dejjem kien wera stima lejja u jiena, ta' ġuvnott li kont, dejjem stmajtu lura u kont narah bħala persuna li għandi nħares lejha biex niddakkar minnha u nimxi fuq il-passi tagħha. Ma' Philip kelli b***a konverżazzjonijiet twal. Konna nitkellmu fuq ħemel suġġetti, mill-ħidma fil-parroċċa u fil-qasam ċiviku f'Ħaż-Żebbuġ, għall-iżvilupp tas-soċjeta' fi żmienna u għall-imħabba lejn il-kultura, il-letteratura u l-istorja ta' beltna u ta' pajjiżna b'mod ġenerali.
Philip dejjem tani pariri siewja li kont neħodhom bl-akbar serjeta'. Dejjem ra kif jagħmel biex jinkoraġġini u jimbuttani 'l quddiem biex nagħti sehmi b'mod speċjali fil-parroċċa tant għażiża ta' Ħaż-Żebbuġ. Nista' ngħid li kien wieħed minn dawk tal-bidu nett li xprunawni biex nintefa b'ruħi u b'ġismi fil-ħidma parrokkjali. Jiena ħadt dan il-parir tiegħu u hekk ghamilt, mingħajr ma nħoss ebda tip ta' dispjaċir jew rimors.
Għalkemm Philip kien bniedem ta' għerf kbir, kien iħaddan il-virtu' tal-umilta' b'mod assolut. Kien dejjem saqajh mal-art. Qatt ma tkabbar; qatt ma nefaħ lilu nnifsu; kien jaħdem fil-kwiet u d-daqq tat-trombi, il-pompa u l-ftaħir qatt ma kienu ħbieb tiegħu. Philip ħadem b'mod sfiq fil-qasam edukattiv, akkademiku, soċjali, ċiviku, parrokkjali u kulturali b'qalbu kollha u mingħajr ma fittex li jkun popolari u midluk bix-xemgħa għal ħidmietu imprezzabbli.
Philip ħabb ukoll lis-Santwarju tal-Qalb ta' Ġesu' f'Ħaż-Żebbuġ, li tant kien għal qalbu u li kien jiffrekwentah ta' spiss, tista' tgħid kważi kuljum. F'waħda mill-aħħar okkażjonijiet li fihom iltqajt miegħu, konna tkellimna fit-tul dwar is-Sur Michael Bonnici, li kien ħalla dan il-wied tad-dmugħ ftit xhur qabel u li wkoll kien ħadem qatigħ għall-ġid tas-Santwarju msemmi. Philip kien qalli li ħass vojt kbir wara t-telfa ta' Michael u dana bir-raġun kollu.
Philip kien ukoll kittieb prolifiku. Kitbietu kienu dejjem riċerkati b'mod mill-aktar metikoluż. Kien ta' sikwit jaqsam kitbiet minn tiegħu miegħi biex jiena naqrahom u nibagħtlu r-rimarki tiegħi dwarhom. Jien ukoll kont nagħmel l-istess xi drabi bil-kitbiet tiegħi u dejjem apprezzajt il-kummenti dettaljati, kostruttivi u ġenwini tiegħu.
In-nuqqas ta' Philip se nħossuh ħafna, mhux biss f'Ħaż-Żebbuġ, iżda madwar Malta kollha. Philip kien lettur fl-Universita' ta' Malta u ħadem għal snin twal fil-qasam tal-edukazzjoni f'pajjiżna. Kien għalliem maħbub u rispettat mill-istudenti kollha tiegħu. Kulħadd kelma waħda dwar Philip: "Tassew bniedem kwiet u tal-affari tiegħu u xogħlu jagħmlu bl-akbar reqqa, b'dixxiplina u b'rettitudni liema bħalha".
Grazzi għażiż Philip. Grazzi ta' kollox. Naf li kwalunkwe radd il-ħajr mhux biżżejjed għal dak kollu li għamilt f'ħajtek, iżda jistħoqqlok fuq li jistħoqqlok li kulħadd jirrikonoxxik bħala bniedem li ħallejt timbru li ma jitħassarx f'pajjiżna u b'mod speċjali f'Ħaż-Żebbuġ li tant ħabbejtu matul ħajtek kollha. Int qatt ma mxejt bil-kuluri. Dejjem ħdimt ma' kulħadd, hu min hu, hi min hi, anke meta għal snin twal servejt bħala kunsillier lokali ġewwa Ħaż-Żebbuġ. Kont tgħidli li int tistma lil kulħadd b'mod ugwali, sew jekk huwa aħmar, sew jekk huwa blu u sew jekk huwa ta' xi kulur ieħor. Dan kollu jagħmlek tassew bniedem straordinarju li pero' qatt ma nftamt mill-ordinarju. Dan kollu jagħmlek tassew bniedem kbir u ismek se jibqa' mnaqqax mal-ismijiet il-kbar l-oħra kollha li l-belt għażiża tagħna welldet matul is-snin.
Grazzi maħbub Philip. Nitlob li l-Mulej isabbar lil martek, lil uliedek u lill-familjari kollha tiegħek u m'għandix dubju li Alla l-Imbierek diġa' ppremjak bil-mistrieħ etern u tinsab diġa' mħaddan ma' San Filep u San Ġużepp, li tant għożżejt f'qalbek u imitajt matul ħajtek,
Insellimlek Philip. Sakemm nerġgħu niltaqgħu...
Night Shot of St Roque Chapel Haz-Zebbug
Il-millied it-tajjeb lil Kullhadd
Min ghada ser jinbeda il-process ta manutenzjoni u restawr fuq il-parti esterna tal-kappella ta’ santu rokku gewwa haz-Zebbug. Xoghol li ghandu jiehu madwar gimghatejn jew tlieta. Ghaldaqstant il-kappella ha tkun maluqa ghal kollox f’dan il-perjodu.
Group Visits at the Chapel of St Roque can be arranged by appointment. Contact No. 79091671
Featured on Lovin Malta - Peaceful Places In Malta You Need To Visit At Night - Haz-Zebbug
A Night Shot of the oldest Chapel in Haz-Zebbug. Ready for visitors next Saturday 2nd November.
Dun Karm Psalia 1871 - 1961. The Maltese National Poet born in Haz-Zebbug
History
The chapel of St Roque, situated in Main Street, Zebbug, has been reopened by Din l-Art Helwa, the national trust of Malta, after restoration work that took two years to complete.
The work was possible thanks to financial support by Round Table One.
The chapel was reopened by Din l-Art Helwa's general secretary, Edward Xuereb, together with the president of the Association of Round Tables, Steve Ganado.
The chapel was built in 1592 as a result of a vow to St Roque by a Zebbug couple, Katerina and Tumas Vassallo, to spare the village from the plague.
Telephone
Website
Opening Hours
09:00 - 11:00 |