National Book Council (Malta)

http://www.ktieb.org.mt

The National Book Council is a public entity that caters for the Maltese book industry with several important services for authors and publishers whilst striving to encourage reading and promote the book as a medium of communication in all its formats. It represents writers and publishers in public fora and institutions in order to promote the interests of the book industry's stakeholders, organis

Kotba | Kollox jibda minn lajla ... 15/08/2024

Fil-paġna letterarja tal-KNK għal din il-ġimgħa, Elena Cardona titkellem dwar 'Lajla' (awtoppubblikat, 2024), il-poeżija-storja ta' Lara Calleja (illustrazzjonijiet ta' iella) li titratta l-ħolm u l-aspirazzjonijiet għall-kuntentizza ta' tifla.

"Apparti li hu ktieb attwali immens għaż-żminijiet li qegħdin ngħixu, kull saff ta’ din l-għaġina jirrappreżenta sfida li teżisti fis-soċjetà Maltija. [...] Il-karba għal-libertà u li wieħed jesprimi l-eżistenza huma essenzjali mhux biss f’dan il-ktieb imma fil-ħajja tagħna lkoll. "

Tista' takkwista dan il-ktieb mingħand l-awtriċi.

Kotba | Kollox jibda minn lajla ... Elena Cardona tesplora lil Lajla (awtoppubblikat, 2024), poeżija-storja ta’ Lara Calleja, biex flimkien mal-personaġġ ewlieni Lajla tiskopri aħjar il-filosofija tal-ħajja ta’ din it-tifla biex tikseb il-ġwienaħ tal-kuntentizza tal-qalb

Kotba | Ħbiberiji Interġenerazzjonali 08/08/2024

Dil-ġimgħa għandna paġna letterarja speċjali, għax Daniel Cossai iħares lejn żewġ rumanzi li rebħu l-Konkors ta' Letteratura għaż-Żgħażagħ fil-passat, organizzat mill-KNK u Aġenzija Żgħażagħ.

Kulħadd ikollu xi ktieb li jibqa' jiftakar minn tfulitu jew żgħożitu, u dal-konkors jagħtik iċ-ċans li inti tkun l-awtur ta' ktieb li ħaddieħor jibqa' jiftakar.

Aktar dettalji biex tipparteċipa f'dal-konkors minn https://ktieb.org.mt/konkors-ta-kitba-letteratura-ghaz-zghazagh/

Kotba | Ħbiberiji Interġenerazzjonali Daniel Cossai jixħet lenti fuq il-maġija tal-kitba għall-adolexxenti billi jaqra żewġ rumanzi rebbieħa tal-Konkors ta’ Letteratura għaż-Żgħażagħ: Il-Kulur tal-Lellux ta’ Rita Saliba u 360° ta’ Josianne Block

Kotba | Nostalġija għall-‘Missier’ 01/08/2024

Fil-paġna letterarja tal-KNK għal din il-ġimgħa, Patrick J. Sammut jitkellem ma' Toni Aquilina dwar it-traduzzjoni tiegħu ta' "Jugoslav" (Faraxa Publishing, 2023) tal-awtriċi Serbjana Ana Vučković.

"Vučković tinqeda bil-kitba b’mod katartiku: missierha u l-Jugoslavja, tixxennaq kemm tixxennaq għalihom, ma jerġgħux jiġu imma jinżammu ħajjin fuq il-livell politiku-patrijottiku."

Tista' takkwista dan il-ktieb minn hawn: https://www.faraxabooks.com/product/yugoslav

Kotba | Nostalġija għall-‘Missier’ Patrick J. Sammut jitkellem mat-traduttur Toni Aquilina dwar Jugoslav (Faraxa Publishing, 2023) tal-awtriċi Serbjana Ana Vučković 

Dwayne Ellul | The vital relationship between translator and editor 30/07/2024

🏆 📖 Niltaqgħu mar-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb | Dwayne Ellul

Dwayne Ellul, ir-rebbieħ tal-Premju Terramaxka fil-kategorija tat-traduzzjonijiet għaż-żgħażagħ bil-ktieb ‘Sherlock, Lupin u Jien: Il-Katidral tal-Biża', jitkellem ma' Laura Calleja (MaltaToday) dwar it-traġitt tiegħu minn qarrej tal-provi għal traduttur, l-isfidi li jiltaqa' magħhom huwa u jaqleb għal qarrejja żgħażagħ, u l-importanza tat-traduzzjoni għal-letteratura Maltija.

👇 Aqra aktar hawn taħt 👇

***

🏆 📖 Meet the National Book Prize Winners | Dwayne Ellul

Dwayne Ellul, winner of the Young Adult Literature in Translation at The Terramaxka Prize for Children and Young Adults 2023 with the novel ‘Sherlock, Lupin u Jien: Il-Katidral tal-Biża’’, speaks to Laura Calleja (MaltaToday) about his journey from proofreader to translator, the challenges of translating for young readers, and the importance of translation in Maltese literature.

👇 Read more below 👇

Dwayne Ellul | The vital relationship between translator and editor Writer Dwayne Ellul speaks to LAURA CALLEJA about taking home the Terramaxka Prize for young adult literature in translation for ‘Sherlock, Lupin u Jien: Il-Katidral tal-Biża’ as well as what it’s like to work within the publishing industry in Malta

Photos from National Book Council (Malta)'s post 30/07/2024

💡 Lesti biex nuru u nkattru l-kreattività tagħna? Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 se jkun fih workshops u attivitajiet immirati għall-kittieba, l-illustraturi u l-pubblikaturi b'enfasi fuq il-ħiliet u l-għarfien tal-industrija tal-kotba!

✍️ Fuq quddiem nett ta' dawn l-attivitajiet, hemm il-masterclass immexxi mill-kittieb bestseller Anthony Horowitz, ‘Dinja
ta’ Kitba: Masterclass tal-Kitba Kreattiva ma’ Anthony Horowitz’ li trid tirreġistra għalih minn qabel. Sir af is-sigrieti wara rakkuntar prim minn ħalq mgħallem li tana lil Alex Rider u lil Midsomer Murders!

Ibqa' segwina aħna u nħabbru l-programm tal-attivitajiet! Irrima l-immaġinazzjoni tiegħek ma' dinja ġdida ta' opportunitajiet fl-MFCC bejn is-6 u l-10 ta' Novembru!
🪡🌍📖

Irreġistra hawnhekk għal dan il-masterclass 👉 https://ktieb.org.mt/news/irfina-seneghtek-mal-aqwa-mghallmin-waqt-il-festival-nazzjonali-tal-ktieb-2024/



💡 Ready to take your creativity to the next level? This year’s Malta Book Festival 2024 features workshops and events tailored for writers, illustrators, publishers amongst others, all designed to boost your skills and industry knowledge!

✍️ Leading our events announcements, bestselling author 𝐀𝐧𝐭𝐡𝐨𝐧𝐲 𝐇𝐨𝐫𝐨𝐰𝐢𝐭𝐳 will host ‘𝐓𝐡𝐞 𝐖𝐨𝐫𝐥𝐝 𝐨𝐟 𝐖𝐫𝐢𝐭𝐢𝐧𝐠: 𝐀 𝐂𝐫𝐞𝐚𝐭𝐢𝐯𝐞 𝐖𝐫𝐢𝐭𝐢𝐧𝐠 𝐌𝐚𝐬𝐭𝐞𝐫𝐜𝐥𝐚𝐬𝐬’, with registration required to attend. Learn the secrets of great storytelling from the mind behind Alex Rider and Midsomer Murders!

Watch this space as we start to reveal our event line-up! Bind your imagination to new worlds of opportunity at the MFCC, Ta'Qali, from 6–10 November! 🪡🌍📖

Register for the masterclass and read more here 👉 https://ktieb.org.mt/en/news/hone-your-craft-with-the-very-best-at-the-malta-book-festival-2024/

Kotba | L-Inkontri ta’ Katrina 25/07/2024

Fil-paġna letterarja tal-KNK għal din il-ġimgħa, Elena Cardona tiltaqa' ma' Katrina (Klabb Kotba Maltin, 2024), il-karattru ħelu ta' Clara Farrugia, li ssir taf diversi persuni li jagħtuna servizz essenzjali f'ħajjitna, bħall-pulizija u l-pumpier.

"Minkejja li l-kotba fihom biss tmien paġni kull wieħed, Farrugia xorta jirnexxielha tiżvolġi storja ħelwa, b’Malti idjomatiku u mexxej, li ġġiegħel lill-qarrejja ċkejkna jqanqlu l-kurżità tagħhom."

Tista' takkwista din is-sensiela minn hawn: https://www.midseabooks.com/?s=clara+farrugia&post_type=product

Kotba | L-Inkontri ta’ Katrina Elena Cardona timraħ fis-sensiela l-ġdida ta’ Katrina biex flimkien mal-protagonista, tesplora l-avventuri li jkollha meta tiltaqa’ mal-pulizija, il-pumpieri u l-pustier

Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2024 | Kunsill Nazzjonali Tal-Ktieb 23/07/2024

Se jkunu qed jieħdu l-fondi 31 proġett bejn proġetti ta’ pubblikazzjoni u oħrajn ta’ esportazzjoni u traduzzjoni.

***

31 projects will be receiving funding for publication or translation through the Malta Book Fund.

Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2024 | Kunsill Nazzjonali Tal-Ktieb Posted on July 22, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir qed iħabbar li l-Bord tal-Aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb 2024 iddeċieda u qabel dwar is-sottomissjonijiet rebbieħa għal din l-edizzjoni. Se jkunu qed jieħdu l-fondi 31 proġett bejn proġetti ta’ pubblikazzjon...

David Aloisio | Leaving the real world, for somewhere more idyllic 22/07/2024

🏆 📖 Niltaqgħu mar-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb | David Aloisio

David Aloisio, li rebaħ il-Premju Terramaxka 2023 fil-kategorija tax-xogħlijiet oriġinali għaż-żgħażagħ bil-ktieb 'Ġganti', jitkellem ma' Laura Calleja (MaltaToday) dwar il-qabża minn kotba ta' gwida edukattiva għal dawk ta' finzjoni li rebbħuh b***a premji, dwar il-proċess kreattiv tar-rumanz fantastiku tiegħu, dwar l-isfidi biex jikteb għaż-żgħażagħ, u dwar proġetti ġejjiena tiegħu.

👇 Aqra aktar hawn taħt 👇

***

🏆 📖 Meet the National Book Prize Winners | David Aloisio

David Aloisio, winner of the Young Adult Category at The Terramaxka Prize for Children and Young Adults 2023 with the novel ‘Ġganti’, speaks to Laura Calleja (MaltaToday) about his journey from educational guides to award-winning fiction, the creative process behind his fantasy novel, the challenges of writing for younger audiences, and his future projects.

👇 Read more below 👇

David Aloisio | Leaving the real world, for somewhere more idyllic Writer David Aloisio speaks to LAURA CALLEJA about taking home the Terramaxka Prize for best young adult literature for ‘Ġganti,’ as well as talking about the environmental themes that inspired his work

Kotba | Kunflitt u Rikonċiljazzjoni 18/07/2024

Fil-paġna letterarja tal-KNK għal din il-ġimgħa, Daniel Cossai jirrifletti fuq id-duwalità għanja tat-traduzzjoni permezz ta’ Lejl in-Nar (Faraxa Publishing, 2024) ta’ Éric-Emmanuel Schmitt, miġjub għall-Malti minn Toni Aquilina.

"X’nambuh mela il-Malti? Nambuh, għax kull traduzzjoni żżid saff ieħor li jagħmel it-test iżjed għani u jġeddu, frott il-proċess ta’ kunflitt u rikonċiljazzjoni ta’ dik it-traduzzjoni individwali."

Tista' takkwista dan il-ktieb minn hawn: https://www.faraxabooks.com/product/lejl-in-nar

Kotba | Kunflitt u Rikonċiljazzjoni Daniel Cossai jirrifletti fuq id-duwalità għanja tat-traduzzjoni permezz ta’ Lejl in-Nar (Faraxa Publishing, 2024) ta’ Éric-Emmanuel Schmitt, miġjub għall-Malti minn Toni Aquilina

Ħareġ it-38 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku | Kunsill Nazzjonali Tal-Ktieb 17/07/2024

Il-lista ta’ dawn il-persuni bis-self relatat mal-kotba tagħhom u t-total ta’ ħlas huwa kif jidher hawn taħt.

***

The list of said persons, their books and total remuneration can be found below.

Ħareġ it-38 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku | Kunsill Nazzjonali Tal-Ktieb Posted on July 16, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li qed iqassam it-tmienja u tletin pagament tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (Public Lending Rights) lil dawk l-awturi, illustraturi jew fotografi li l-kotba tagħhom ġew mislufa mil-Libreriji Pubbliċi f’Malta u Għawdex bej...

Photos from National Book Council (Malta)'s post 16/07/2024

📢 Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 se jkun l-akbar wieħed li qatt organizzajna f'dak li għandu x'jaqsam ma' spazju bl-esebituri - aktar minn 1,800 metru kwadru fl-MFCC u 'l fuq minn 40 esebitur differenti. Il-Pjazza tirritorna wkoll, fost imkejjen oħra li l-familja kollha tista' tgawdi.

📅 Ingħaqdu magħna mis-6 sal-10 ta' Novembru għal ċelebrazzjoni tal-kotba u l-kultura, b'lista ta' atttivitajiet minn pubblikaturi differenti, bejjiegħa tal-kotba, NGOs u aktar. Ma jonqsux il-mistiedna internazzjonali, uċuh ġodda mill-esebituri, it-tielet edizzjoni ta' 'From Illustration to Book', u l-Kamra Sensorja li se tieħu ħsiebha l-Inspire u li qed issir bis-sapport tal-Bank APS. Kollha flimkien iħawru t-tema tal-edizzjoni,

Aqra aktar 👉 https://ktieb.org.mt/news/il-festival-nazzjonali-tal-ktieb-bl-akbar-spazju-tal-esebituri-li-qatt-kellu-fl-mfcc/



📢 The Malta Book Festival 2024 is set to be our 𝐛𝐢𝐠𝐠𝐞𝐬𝐭 𝐲𝐞𝐭, occupying a 𝐫𝐞𝐜𝐨𝐫𝐝-𝐛𝐫𝐞𝐚𝐤𝐢𝐧𝐠 𝟏,𝟖𝟎𝟎+ 𝐬𝐪𝐦 at the MFCC in Ta' Qali! With over 40 exhibitors and a unique central Pjazza area, there's something for everyone in the family to enjoy.

📅 Join us from 6 - 10 November 2024 for a celebration of books and culture with diverse events, custom stands, and activities from publishers, booksellers, NGOs, and more. This year’s festival will also feature international participants, first-time exhibitors, and the third edition of 'From Illustration to Book,' along with our Sensory-Friendly Room supported by APS Bank and Inspire Malta, all highlighting the theme #𝐛𝐢𝐧𝐝𝐢𝐧𝐠𝐰𝐨𝐫𝐥𝐝𝐬. 🪡🌍📖

Read more here 👉 https://ktieb.org.mt/en/news/malta-book-festival-2024-expands-to-record-breaking-space-at-mfcc/

John Bonello | Adapting sensitive topics for a young audience 15/07/2024

🏆 📖 Niltaqgħu mar-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb | John A. Bonello

John A. Bonello, ir-rebbieħ tal-Premju Terramaxka 2023 fil-kategorija tax-Xogħlijiet Oriġinali għal Tfal ta' bejn it-8 u t-12-il sena bil-ktieb Irvin Vella, Investigatur Virtwali: Il-Każ tal-Ħabsi bla Ħtija, jitkellem ma' Laura Calleja (MaltaToday) dwar id-dixxiplina fl-iskeda tiegħu għall-kitba u t-traduzzjoni, il-proċess metikoluż wara l-ktieb rebbieħ, u l-isfidi li tikteb fuq suġġetti sensittivi għal udjenza żagħżugħa.

👇 Aqra aktar hawn taħt 👇

***

🏆 📖 Meet the National Book Prize Winners | John A. Bonello

John A. Bonello, winner of the Original Works for Children ages 8-12 Category at The Terramaxka Prize for Children and Young Adults 2023, with the book Irvin Vella, Investigatur Virtwali: Il-Każ tal-Ħabsi bla Ħtija, speaks to Laura Calleja (MaltaToday) about his disciplined writing and translating schedule, the meticulous process behind crafting his award-winning book and the challenges of writing sensitive content for young audiences.

👇 Read more below 👇

John Bonello | Adapting sensitive topics for a young audience Maltese writer John Bonello speaks to LAURA CALLEJA about taking home the Terramaxka Prize for best original works for children ages 8-12 for his book ‘Irvin Vella, Investigatur Virtwali: Il-Każ tal-Ħabsi Bla Ħtija,’ as well the challenges of writing for children and young adults

12/07/2024

"Ħajjet kull bniedem hi kummiedja, maħduma flok fuq palk armat, fuq palk il-ħajja."

Fil-paġna letterarja tal-KNK għal din il-ġimgħa, Patrick J. Sammut jitkellem mal-awtur Karmenu Mallia dwar il-kultura, ix-xjuħjia u r-rumanz soċjali tiegħu 'Ħadd in-Nies'.

Aqra hawn: https://www.illum.com.mt/kultura/arti/70725/kotba__mhemmx_kultura_kbira_jew_kultura_baxxa_kull_poplu_gandu_lkultura_proprja_tiegu_nirrispettawha

Photos from National Book Council (Malta)'s post 12/07/2024

‼️ TFAKKIRA ‼️

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, f'ħidma mal-Kunsill Malti għall-Arti, bi pjaċir qed iħabbar is-Sejħa Miftuħa għas-Sottomissjonijiet għall-Esebizzjoni ‘From Illustration to Book', li se tittella' waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024.

Daħħal xogħlok mit-Tlieta 11 ta' Ġunju sat-Tnejn 15 ta' Lulju f'nofsinhar, u kun parti integrali minn diċ-ċelebrazzjoni kulturali ta' bis-saħħa tar-rakkuntar viżiv tal-istejjer.

***

‼️ REMINDER ‼️

The National Book Council, in collaboration with Arts Council Malta , proudly announces an Open Call for Submissions for ‘𝐅𝐫𝐨𝐦 𝐈𝐥𝐥𝐮𝐬𝐭𝐫𝐚𝐭𝐢𝐨𝐧 𝐭𝐨 𝐁𝐨𝐨𝐤’ at The Malta Book Festival 2024.

Submit your artwork from Tuesday 11 June to Monday 15 July at 12 (noon) and become an integral part of this cultural celebration, #𝐛𝐢𝐧𝐝𝐢𝐧𝐠𝐰𝐨𝐫𝐥𝐝𝐬 through visual storytelling.

Louiselle Sciberras | Expressing your inner child 08/07/2024

🏆 📖 Niltaqgħu mar-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb | Louiselle Sciberras

Louiselle Vella, l-illustratrici tal-ktieb rebbieħ tal-Premju Terramaxka 2023 fil-kategorija tax-Xogħlijiet Oriġinali għal Tfal ta' bejn 0-7 Snin, Luċjan u Enzo: Is-Sriedak li Kienu Jgħiru għal Xulxin, titkellem ma' Laura Calleja (MaltaToday) dwar it-traġitt tagħha mill-arti tradizzjonali għall-illustrazzjoni diġitali, iċ-ċentralità li taħdem ma' ħaddieħor, u l-eċitament tagħha għall-aħbar li rebħet prestiġju nazzjonali għall-ewwel ktieb tal-istampi li illustrat.

👇 Aqra aktar hawn taħt 👇���

***

🏆 📖 Meet the National Book Prize Winners | Louiselle Sciberras� �

Winner of the Original Works for Children ages 0–7 Category at The Terramaxka Prize for Children and Young Adults 2023 with Luċjan u Enzo: Is-Sriedak li Kienu Jgħiru għal Xulxin, illustrator Louiselle Sciberras speaks to Laura Calleja (MaltaToday) about the journey from traditional art to digital illustration, the importance of collaboration, and the excitement of winning a national accolade for her debut picture book.��

👇 Read more below 👇

Louiselle Sciberras | Expressing your inner child Illustrator Louiselle Sciberras, who took home the Terramaxka Prize for best original works for children ages 0-7 for her book ‘Luċjan u Enzo: is-sriedak li kienu jgħiru għal xulxin’ speaks to LAURA CALLEJA about relationship with Illustrator and author, and how good co...

Kotba | Min hu Pawlu li taf int? 04/07/2024

Fil-paġna letterarja għal din il-ġimgħa, Elena Cardona terġa' tiltaqa' mal-fundatur tal-Klabb Kotba Maltin, Pawlu Mizzi, permezz tal-ktieb 'Pawlu Li Naf Jien' (2024), ġabra ta' tifkiriet editjata minn Sergio Grech.

'[...] Pawlu li naf hu Pawlu minqux fil-kotba ta’ Klabb Kotba Maltin u Midsea Books u l-imħabba tiegħu għall-Malti, li ġiet trasmessa mhux lili biss, iżda lil kull min jaqra kotba ppubblikati minnu.'

Tista' takkwista dan il-ktieb minn hawn: https://www.midseabooks.com/shop/language-literature/pawlu-li-naf-jien/

Kotba | Min hu Pawlu li taf int? Elena Cardona tesplora t-tifkiriet dwar Pawlu Mizzi, ġentlom u ġgant kbir fil-letteratura u l-ktieb Malti, permezz tal-ktieb Pawlu li Naf Jien (Klabb Kotba Maltin, 2024), editjat minn Sergio Grech

03/07/2024

Infakkru li l-applikazzjonijiet għall-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef jagħlqu ġimagħtejn oħra, sewwasew it-Tnejn 22 ta' Lulju f'nofsinhar.

Inħeġġukom biex tissottomettu l-poeżija tagħkom f'dal-konkors nazzjonali. Ir-rebbieħa jitħabbru f'serata speċjali waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.

Aktar dettalji u l-formola tal-applikazzjoni: https://ktieb.org.mt/il-konkors-nazzjonali-tal-poezija-doreen-micallef/

02/07/2024

👋 Messaġġ minn Anthony Horowitz, il-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024!

📅 Anthony Horowitz, l-awtur ta' kotba li nbiegħu mad-dinja kollha bħas-serje ta' Alex Rider, u l-kittieb ta' skripts għal drammi televiżivi popolari bħal 'Mdsomer Murders' u 'Foyle's War', se jkun magħna fil-Festival bejn is-6 u l-10 ta' Novembru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konferenzi, l-MFCC, Ta' Qali.

🤩 Horowitz se jmexxi masterclass għall-kittieba, se jidher f'xow għat-tfal, u anki se jkun intervistat dwar ħajtu u l-karriera letterarja tiegħu. Titlifx iċ-ċans li tiltaqa' ma' stilla letterarja internazzjonali!



👋 A message from 𝐀𝐧𝐭𝐡𝐨𝐧𝐲 𝐇𝐨𝐫𝐨𝐰𝐢𝐭𝐳, special guest at the 2024 The Malta Book Festival.

📅 Anthony Horowitz, author of bestsellers like the Alex Rider series, and screenwriter of acclaimed dramas such as 'Midsomer Murders' and 'Foyle's War', will be at the Malta Book Festival from 6 - 10 November 2024 at the Malta Fairs and Convention Centre, Ta' Qali.

🤩 Horowitz will deliver a masterclass for writers, appear as a special guest for the children's show, and hold a talk on his life and career. Don't miss this chance to interact with a literary superstar!

Maria Farrugia | Learning how to write a captivating first sentence 28/06/2024

🏆📖 Niltaqgħu mar-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb | Maria Farrugia

Maria Farrugia rebħet il-kategorija tat-Terramaxka għal Xogħlijiet Oriġinali għal Tfal ta' bejn 0-7 Snin bil-ktieb Luċjan u Enzo: Is-Sriedak li Kienu Jgħiru għal Xulxin, u f'din l-intervista titkellem ma' Laura Calleja (MaltaToday) dwar l-importanza tal-ħidma kollettiva mal-illustratur u l-pubblikatur fil-ħolqien tal-ktieb tagħha li spiċċa rebaħ dal-premju.

👇 Aqra aktar hawn taħt 👇

***

🏆📖 Meet the National Book Prize Winners | Maria Farrugia

Winner of the Original Works for Children ages 0–7 Category at The Terramaxka Prize for Children and Young Adults 2023 with Luċjan u Enzo: Is-Sriedak li Kienu Jgħiru għal Xulxin, Maria Farrugia speaks to Laura Calleja (MaltaToday) about the importance of teamwork with the illustrator and the publisher in crafting her award-winning book.

👇 Read more below 👇

Maria Farrugia | Learning how to write a captivating first sentence Maltese writer Maria Farrugia spoke to LAURA CALLEJA about what it was like to craft an award-winning book after taking home the Terramaxka Prize for best original works for children ages 0-7 for her book ‘Luċjan u Enzo: is-sriedak li kienu jgħiru għal xulxin’

Kotba | Mill-pinna tal-Malti emigrant 27/06/2024

Fil-paġna letterarja għal din il-ġimgħa, Daniel Cossai jagħti widen għal għadd ta' ilħna Maltin 'Minn Xtut in-Nil' permezz ta' ġabra ta' novelli mitbugħa minn SKS Publishers fl-2023.

'Din l-edizzjoni ġdida tagħtina l-opportunità niskopru mill-ġdid din il-parti tal-wirt letterarju tagħna, u nagħtu lill-kitba Maltija l-ġieħ li jistħoqqilha bħala letteratura usa’ milli naħsbu.'

Tista' takkwista dan il-ktieb minn hawn: https://skspublishers.com/collections/featured-books/products/194-minn-xtut-in-nil

Kotba | Mill-pinna tal-Malti emigrant Daniel Cossai jiskopri għadd ta’ ilħna Maltin Minn Xtut in-Nil grazzi għall-antoloġija ta’ novelli mitbugħa minn SKS Publishers fl-2023.

Photos from National Book Council (Malta)'s post 25/06/2024

👀 Dewqa tal-powster uffiċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024! Dil-biċċa mill-powster tirrappreżenta l-ewwel mill-erba' 'dinjiet' li jissimbolizzaw lill-awturi differenti li se jipparteċipaw fil-Festival.

📣 Abbażi tat-tema, bi pjaċir inħabbrulkom l-ewwel mistieden speċjali ta' din l-edizzjoni, ħadd ħlief l-awtur ta' fama dinjija Anthony Horowitz. Magħruf sew għas-serje ta' Alex Rider u l-kontribuzzjonijiet tiegħu fil-kotba ta' Sherlock Holmes u James Bond, il-preżenza ta' Horowitz waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 tinkorpora perfettament it-tema ta' dis-sens: , nissieħbu bħala qarrejja minn toroq differenti tal-ħajja.

📖 Id-damma ta' xogħlijiet Horowitz tinkludi ġeneri differenti, minn rumanzi ta' spjunaġġ sat-trillers u l-polizjesk, u anki kotba għal qarrejja żgħar.

Aqra aktar 👉 https://ktieb.org.mt/news/anthony-horowitz-il-mistieden-specjali-tal-festival-nazzjonali-tal-ktieb-2024/



👀 Enjoy a sneak peek of the Malta Book Festival 2024 official poster! This section of the artwork represents the first of four 'worlds,' symbolising the diverse authors participating in the festival.

📣 In line with this theme, we are elated to announce that the first special guest at The Malta Book Festival 2024 is the internationally acclaimed, bestselling author, 𝐀𝐧𝐭𝐡𝐨𝐧𝐲 𝐇𝐨𝐫𝐨𝐰𝐢𝐭𝐳. Renowned for his Alex Rider series and his contributions to Sherlock Holmes and James Bond literature, Horowitz's presence at The Malta Book Festival 2024 perfectly embodies this year's theme: #𝐛𝐢𝐧𝐝𝐢𝐧𝐠𝐰𝐨𝐫𝐥𝐝𝐬, uniting readers from all walks of life.

📖 Horowitz's impressive body of work spans a variety of genres, from spy action to crime thrillers and murder mysteries and even books for younger readers.

Read more here 👉 https://ktieb.org.mt/en/news/anthony-horowitz-is-the-special-guest-at-the-2024-malta-book-festival/

Caroline Tonna | The societal idealisation of the female body 21/06/2024

🏆📖 Niltaqgħu mar-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb | Caroline Tonna

Caroline Tonna kitbet il-ktieb Society Fashion in Malta: The Portrait Photography of Leandro Preziosi (1830-1869) li rebaħ il-Premju għall-Aħjar Produzzjoni ta' Ktieb bl-Isbaħ Dehra fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2023.

F'din l-intervista ma' Laura Calleja (MaltaToday), Tonna titkellem dwar il-passjoni tagħha għall-istorja tal-fotografija, l-istudju metikoluż tagħha fir-ritratti tal-istudjo, u l-isforz kollaborattiv li welled dal-ktieb rebbieħ.

👇 Aqra aktar hawn taħt 👇

***

Caroline Tonna is the author of Society Fashion in Malta: The Portrait Photography of Leandro Preziosi (1830-1869), the winning entry in the Best Book Production category at the National Book Prize 2023.

In this interview with Laura Calleja (MaltaToday), Tonna talks about her passion for the history of photography, her meticulous study of studio portraits, and the collaborative effort that made the winning volume possible.

👇 Read more below 👇

Caroline Tonna | The societal idealisation of the female body Art and dress historian, independent researcher and author Caroline Tonna, writer in the category of best book production for ‘Society Fashion in Malta: The Portrait Photography of Leandro Preziosi 1830-1869’ at the National Book Prize 2023 spoke to LAURA CALLEJA about her passion for hi...

Kotba Maltin esebiti fil-Premio Invictus tal-Italja għal letteratura sportiva | Kunsill Nazzjonali Tal-Ktieb 20/06/2024

⚽️ 👟 Iż-żewġ kotba ta' letteratura sportiva, 'Goal' ta' Carmel Baldacchino u t-traduzzjoni ta' Mark Vella 'L-aħħar sajf ta' Berlin', se jkunu l-ewwel żewġ kotba internazzjonali li qatt ġew esebiti fil-Premio Invictus nhar it-12 ta' Settembru li ġej.

🤝 🏆 Din il-kisba saret possibbli bis-saħħa tal-isforzi tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, b'ħidma mal-Ministeru tal-Edukazzjoni.

👇 Aqra aktar 👇

***

⚽️ 👟 Two Maltese sports-themed books, Carmel Baldacchino’s ‘Goal' and Mark Vella’s translated work 'L-aħħar sajf ta’ Berlin', will feature in Italy's Premio Invictus on 12 September, marking the first inclusion of international titles at the event.

🤝 🏆 This achievement was made possible through the efforts of the National Book Council, in partnership with the Ministry for Education.

👇 Find out more 👇

Kotba Maltin esebiti fil-Premio Invictus tal-Italja għal letteratura sportiva | Kunsill Nazzjonali Tal-Ktieb Posted on June 20, 2024 Żewġ kotba tal-isports minn awturi Maltin se jkunu esebiti għall-Premio Invictus tal-Italja, li dis-sena se jsir nhar it-12 ta’ Settembru fil-Palazzo Cateani fil-belt ta’ Latina. Goal ta’ Carmel Baldacchino u t-traduzzjoni L-aħħar sajf ta’ Berlin ta’ Mark Vella...

Kotba | ‘Trid tkun ir-rieda ta’ poplu li jistejqer mill-apatija biex jibdel il-kors tal-istorja tiegħu’ 20/06/2024

'Inħoss sinċerament li minkejja l-faċċata ta’ pożittività, suċċessi u kuntentizza, bħalissa kull Malti li ġenwinament iħobb lil pajjiżu, iħoss sens ta’ diqa anke jekk moħbija, fil-fond ta’ qalbu.'

Fil-paġna letterarja għal din il-ġimgħa, Patrick J. Sammut jintervista lill-awtriċi Jane Micallef. Ir-rumanz distopiku tagħha '2070' (Faraxa Publishing, 2023) qiegħed fil-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ta' dis-sena fil-kategorija tar-Rumanzi.

Tista' takkwista kopja minn hawn: https://www.faraxabooks.com/product/2070

Kotba | ‘Trid tkun ir-rieda ta’ poplu li jistejqer mill-apatija biex jibdel il-kors tal-istorja tiegħu’ Patrick J. Sammut jitkellem ma’ Jane Micallef dwar il-kritika soċjali u l-kuxjenza ambjentali fost temi oħrajn f’rabta mar-rumanz tagħha 2070 (Faraxa Publishing, 2023).

19/06/2024

📽 📖 Sir af aktar dwar id-dinja tal-addattament letterarju tal-films fid-diskussjoni 'Script to Screen' li se ssir bħala parti mill-programm imżewwaq tal-edizzjoni ta' dis-sena tal-Mediterrane Film Festival.

💎 🎟 Dan l-avveniment se jkun ta' interess għal dawk l-imsieħba fl-industrija tal-kotba li huma interessati jaqilbu x-xogħol letterarju tagħhom f'film jew għal fuq it-TV, u l-kelliema distinti lokali u internazzjonali mistiedna żgur li se jagħmlu dan l-avveniment mhux ta' min wieħed jitilfu.

⏰ 🎯 'Script to Screen' se jseħħ nhar it-Tnejn 24 ta' Ġunju fis-Sala tal-Armerija l-Antika fil-Palazz tal-Granmastru, mill-11:30am sas-1pm.

👉 Aktar dettalji hawn: https://mediterrane.com/mediterrane-film-festival-unveils-official-selection-and-industry-programme-for-upcoming-second-edition/

***

📽 📖 Dive into the world of literary adaptation with ‘Script to Screen’ — an exciting panel discussion forming part of the rich programme at this year’s edition of the Mediterrane Film Festival.

💎 🎟 Featuring a panel of distinguished local and international speakers, the talk is sure to interest those stakeholders keen to explore the possibility of adapting their literary work into film or TV.

⏰ 🎯 'Script to Screen' will take place on Monday, 24th June at the Old Armoury Hall - Grandmaster’s Palace from 11:30 to 1pm.

👉 Find out more: https://mediterrane.com/mediterrane-film-festival-unveils-official-selection-and-industry-programme-for-upcoming-second-edition/

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jibda x-xogħol fuq strateġija ta’ ħames snin | Kunsill Nazzjonali Tal-Ktieb 17/06/2024

📚 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iħabbar bi pjaċir ix-xogħol fuq strateġija ta’ ħames snin li se tiggwidah bejn l-2025 u l-2030. L-abbozz tal-istrateġija sar mill-KPMG bil-għan li jissaħħaħ it-tweżin li l-KNK joffri lil dawk kollha involuti fl-industrija lokali tal-kotba.

👥 Illum qed inniedu l-ewwel pass minn dat-traġitt - sondaġġ wiesa' mmirat għall-imsieħba fl-industrija.

💎 L-imsieħba kollha mħeġġin jipparteċipaw f'das-sondaġġ li se joħdilkom 5 minuti biex timlewh, imma li għandu effett imprezzabbli fuq din l-istrateġija ladarba x-xogħol jaqbad miexi.

👇 Aktar dettalji hawn taħt 👇

***

📚 The National Book Council has embarked on a 5-year strategy plan (2025-2030). Drafted in collaboration with KPMG, the strategy will seek to strengthen the support the NBC offers to all those involved in the local book industry.

👥 Today, the NBC launches the first initiative of the strategy — a wide-ranging stakeholder survey.

💎 All stakeholders are strongly urged to participate — the survey will take around 5 minutes to fill out but will have an invaluable impact on the strategy moving forward.

👇 Find out more below 👇

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jibda x-xogħol fuq strateġija ta’ ħames snin | Kunsill Nazzjonali Tal-Ktieb Posted on June 17, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed iħabbar bi pjaċir li se jibda x-xogħol fuq strateġija ta’ ħames snin li se tiggwidah bejn l-2025 u l-2030. L-abbozz tal-istrateġija sar mill-KPMG, li toffri servizzi ta’ konsulenza għan-negozji. Din l-inizjattiva għandha t...

William Zammit | Deep down, humanity changes very little 14/06/2024

🏆📖 Niltaqgħu mar-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb | William Zammit

William Zammit, ir-rebbieħ tal-Premju Nazzjnoali tal-Ktieb 2023 fil-kategorija tar-Riċerka Bijografika u Storjografika, jitkellem ma’ Laura Calleja (MaltaToday) dwar ir-riċerka tiegħu fuq ir-rewwixta tal-iskjavi f’Malta li seħħet fis-seklu 18, il-karriera estensiva tiegħu, u l-iskoperti intriganti li għaġnu l-ktieb rebbieħ tiegħu.

👇 Aqra aktar hawn taħt 👇

***

🏆📖 Meet the National Book Prize Winners | William Zammit

Winner of the Biographical and Historiographic Research Category at the National Book Prize 2023, William Zammit speaks to Laura Calleja (MaltaToday) about his research into Malta's 18th-century slave rebellion, his extensive career, and the intriguing discoveries that shaped his award-winning book.

👇 Read more below 👇

William Zammit | Deep down, humanity changes very little Maltese author and academic William Zammit, winner in the category of best Biographical and Historiographic Research for his book ‘Slavery, Treason and Blood: The 1749 Plot of the Slaves in Malta’ speaks to LAURA CALLEJA about the importance of Melitensia, and the emotional discoveries t...

Kotba | Ella: Vittma jew Rebbieħa? 13/06/2024

Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa, Elena Cardona taqra għall-ewwel darba lill-kittieba Rita Grech. Fir-rumanz tagħha 'Ella' (BDL Publishing, 2024), Grech titratta r-relazzjonijiet umani u l-abbuż.

'F’vidjow li ġibdet Grech biex titkellem dwar il-pubblikazzjoni tal-ktieb Ella, tistqarr li f’dan il-ktieb xtaqet tixħet dawl fuq l-abbuż. Tappella biex min għaddej minn xi tip ta’ abbuż, kemm dak fiżiku, kif ukoll dak mentali, jagħmel kuraġġ biex isib l-għajnuna.'

Tista' takkwista dan il-ktieb minn hawn: https://bdlbooks.com/product/ella/

Kotba | Ella: Vittma jew Rebbieħa? Elena Cardona tesplora għall-ewwel darba lill-kittieba Rita Grech permezz tar-rumanz Ella (BDL Publishing, 2024)

Want your organisation to be the top-listed Non Profit Organisation in Valletta?
Click here to claim your Sponsored Listing.

Our Story

The National Book Council is the public entity which caters the Maltese book industry with several important services whilst striving to encourage reading and promote the book as a medium of communication in all its formats. It organises the Malta Book Festival and the National Book Prize amongst other national as well as smaller scale events, administers Public Lending Rights, organises several literary contests and is also the local agent for ISBN and ISMN. The National Book Council’s markedly cultural mindset and multi-mediatic approach enables it to work directly with the book industry, however as an entity, it falls under the remit of the Ministry of Education and Employment and has always been considered as part and parcel of the public educational infrastructure. Malta Libraries which is the public entity responsible for all public libraries including the National Library is a separate and distinguished entity which works in close collaboration with the National Book Council.


The National Book Council is composed of

Executive Chairman: Mark Camilleri

Executive Director: Simona Cassano

Senior Manager - Events and Foreign Rights: Matthew Borg

Manager: Andrew Ricca

Secretary: Joe Debattista

ISBN Manager: Michael Mercieca

Council Members: Chris Gruppetta, Norbert Bugeja, Aleks Farrugia, Leanne Ellul, Jean Paul Borg, Maria Brown, Audrey Friggieri, Antoinette Borg


Address:
National Book Council
Central Public Library
Prof. J. Mangion Street
Floriana FRN 1800
Malta EU

Telephone:
+356 21222654

E-mail:
[email protected]
[email protected]

Website:
www.ktieb.org.mt

Videos (show all)

Matthew Schembri - Best Emergent Author
Nadia Mifsud - Poet Laureate
Ara l-erba’ karattri simpatiċi tal-festival tagħna jieħdu l-ħajja fl-animazzjoni tal-powster grazzi għat-talent inkredib...
Lifetime Achievement Award - Prof. Henry Frendo
The Darmanin Artists: Decorative Marble Production for the British Empire
Il-Ħamsin: 24 Awtur, 24 Storja, in-Numru 50
Mustaċċi Jivvintahom
Anne Frank: Id-Djarju ta’ Tfajla - Edizzjoni Definittiva
Vrumm!
#noħlomlixidarba
Sherlock, Lupin u Jien: Il-Misteru tal-Warda l-Ħamra
Art Nouveau to Modernism

Address


Bice Mizzi Vassallo Complex Pembroke, PBK 1776
Valletta
PBK1776

Opening Hours

Monday 08:00 - 17:00
Tuesday 08:00 - 17:00
Wednesday 08:00 - 17:00
Thursday 08:00 - 17:00
Friday 08:00 - 17:00

Other Valletta non profit organisations (show all)
Fondation de Malte Fondation de Malte
54, West Street
Valletta, VLT1536

The Fondation de Malte is an international NGO, based in Malta, dedicated to cultural affairs, environmental concerns, education and human rights.

Ordo Byzantinus Sancti Sepulchri - OBSS Ordo Byzantinus Sancti Sepulchri - OBSS
51, Santa Lucia Street
Valletta, VLT1182

In Hoc Signo Vinces

St John Ambulance & Rescue Malta St John Ambulance & Rescue Malta
5, Independence Square
Valletta

St John Ambulance and Rescue is a voluntary organisation under the auspices of the Most Venerable Order of the Hospital of St John of Jerusalem. We contribute to the Maltese societ...

NO FOR GONZI NO FOR GONZI
Https://twitter. Com/NoForGonziMALTA
Valletta, VLT

This group is not affiliated to any political party. It's for EVERYONE unhappy with THE PAST MALTESE GOVT Gonzi with its continuation NO FOR same SIMONe

Touring Club Malta Touring Club Malta
MCVS, 181 Melita Street
Valletta, VLT1129

Touring Club Malta is a club fully devoted to local and foreign motorists living in Malta and Gozo. It is the prime source of information of people wanting to experience overland t...

Butwal group malta Butwal group malta
Valletta

its a a group of people living in malta from butwal or all over Nepal

Include-CE Include-CE
212, Old Bakery Street
Valletta, 1451

Digital, Social & professional inclusion of migrant youth and ethnic minorities through the philosophy of circular economy. Join us to empower youth and reduce the digital divid...

Lebanese in Europe Lebanese in Europe
Valletta, 1091

1.assist promote, & value Lebanese in Malta.

TAMA TAMA
22/11 Vincenti Buildings, Strait Street
Valletta

To support persons in vulnerable situations.

Cannabis Community Malta Cannabis Community Malta
Valletta

cannabis community