Servizzi u Benefiċċji Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal Ministry for Social Policy and Children’s Rights

310, Palazzo Ferreria, Triq ir-Repubblika, Valletta

27/06/2024
20/06/2024

Għaddej ix-xogħol sabiex titwettaq miżura importanti tal-Budget 2024.

Din il-miżura mistennija tkun ta’ sostenn lil persuni li jkunu tal-eta’ tax-xogħol li minkejja li ma jkollhomx diżabiltà speċifika imsemmija fil-liġi tas-sigurtà soċjali, xorta jkollhom problemi ta’ funzjonalità minħabba diżabbiltajiet moħbija. Fost dawn, iżda mhux biss, wieħed jista’ jsemmi il-Fibromyalgia u ME.

L-aktar żvilupp importanti f’dan kollu huwa li persuni li ma jkollhomx diżabilta’ imsemmija fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, li ħafna drabi tista ma tkunx viżibbli imma xorta tkun qed tikkawża tbatijiet, se jkun qed isirilhom assessjar skont l-International Classification of Functioning, Disability and Health (ICF) tal-WHO.

Permezz ta’ din il-miżura, se ssir konsolidazzjoni tal-evalwazzjoni medika tal-persuni b’dizabiltà. Biex wieħed japplika għall-assistenzi għal diżabilta’, l-applikazzjoni se tkun onlajn biss u l-proċess jiskatta direttament mill-ispeċjalista kuranti tal-persuna, permezz tal-eID tiegħu. B’hekk id-dokumentazzjoni medika tkun awtentikata mill-ewwel.

Eventwalment, dawn il-persuni ser jibdew jidhru quddiem bord inter-professjonali immexxi mill-Aġenzija Sapport u l-evalwazzjoni ser tkun imsejsa fuq standards internazzjonali dwar Saħħa u Diżabilità imħaddma mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, il-WHO. Fil-fatt illum ħarġet sejħa pubblika mill-Aġenzija Sapport għall-professjonisti meħtieġa sabiex jassistu fil-bord.

B’dan il-mod, se jibda jkun assessjat aħjar mill-professjonisti in-nuqqas ta’ funzjonalità tal-persuna u li eventwalment dan ikun qed jiggwida lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u lill-Aġenzija Sapport dwar liema benefiċċji u servizzi tali persuni għandhom dritt għalihom u jistgħu jingħataw, skont is-severità tal-kundizzjoni tagħhom.

Din il-miżura qed titwettaq mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għall-Inklużjoni u s-Settur tal-Volontarjat u kif ukoll l-Aġenzija Sapport, li flimkien qed jaħdmu sabiex jimplimentaw żewġ wegħdiet tal-Manifest Elettorali. Huwa mistenni lis-sistema l-ġdida tibda taħdem minn Awwissu li ġej.

Familja I Inklużjoni I Aġenzija Sapport I Is-Servizz Pubbliku

15/06/2024

L-anzjani jistħoqqilhom rispett u għajnuna f'kull ħin. Dan huwa dritt fundamentali tagħhom u obbligu tal-kumplament tas-soċjetà.

Help-Age in Caritas has the mission to assist elderly people in every parish community, providing them with support and assistance. Monthly, we meet with leaders of these groups to provide them with the necessary training to continue their work in the community, alleviating loneliness and offering individual support.

14/06/2024

Għaddejjin it-tħejjijiet sabiex fl-ewwel ġimgħa ta’ Lulju isir pagament ieħor tal-In-Work Benefit.

Il-ħlas li jmiss ikopri l-perjodu minn April sa Ġunju 2024. Bħas-soltu dan il-pagament isir b’mod awtomatiku mingħajr bżonn ta’ applikazzjoni.

Ir-rati imħallsa ivarjaw bejn €250 u €1,550 fis-sena għal kull wild, li jvarjaw skont il-kategorija u d-dħul.

Japplikaw xi kundizzjonijiet oħrajn.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jidħol hawn: https://socialsecurity.gov.mt/mt/informazzjoni-u-applikazzjonijiet-ghal-beneficcji-u-servizzi/xoghol-incentivi-u-beneficcji-ghal-dizimpjieg/beneficcju-ta-waqt-l-impjieg/.

Familja I Is-Servizz Pubbliku

11/06/2024

Infakkru li sa tmiem din il-ġimgħa se jitħallsu ċ-Children Allowance, inkluż tat-tfal b’Diżabilta’ u tal-Fostering, u kif ukoll l-Allowance Supplimentari.

B’kollox se jkunu qed jitħallsu kważi €20 miljun lil 62,000 familja.

Il-pagamenti jkopru it-tielet kwart tas-sena u bħas-soltu jitħallsu bil-quddiem.

Il-ħlasijiet se jidħlu dirett fil-kontijiet bankarji tal-familji eliġibbli mill-Ħamis ‘il quddiem.

Sadattant ukoll għaddej ix-xogħol sabiex sa tmiem dan ix-xahar isiru dawk il-pagamenti li ma sarux f’Mejju b’rabta mal-Allowance għall-Istudenti post-Sekondarji.

Aktar tagħrif jingħata dalwaqt.

Grazzi talli ssegwu din il-paġna!

Familja | Is-Servizz Pubbliku

11/06/2024

Prosit tal-ħidma tagħkom - kburin bikom!

"Minn meta titwieled sa ma tmut, kull persuna se tmiss mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Id-dipartiment li naħdmu fih, In-Work Benefit, fi ħdan il-Business Intelligence Unit, jagħti ħafna każ is-soċjal. Hawn jiġu nies li japplikaw għall-benefiċċji mhux kontributorji. Aħna nassessjaw jekk ikunux eliġibli.

Dejjem jinħolqu benefiċċji ġodda għal sezzjonijiet ta' persuni biex kemm jista' jkun tintlaħaq kull sezzjoni tas-soċjetà. Min għandu t-tfal b'diżabilità, il-gvern ħareġ grant għall-ġenituri li ma jistgħux joħorġu jaħdmu. Dawn l-aħħar sentejn, daħlet fis-seħħ is-sistema li d-dipartiment jiġbor informazzjoni fuq benefiċċjarji li ma kienux konxji li jridu jibbenefikaw minn in-work benefit. Biex tikkwalifika għal dawn l-iskemi, hemm limitu previst li ma jistax jinqabeż. Bis-sistema l-ġdida, qed naqbdu ħafna iktar persuni li ħaqqhom dawn il-benefiċċji.

Is-sodisfazzjon jasal meta naraw li s-soċjal qed jintlaħaq. Ladarba l-persuna qed taħdem u qed tħallas il-bolla u t-taxxa, għandu jingħata dak li l-persuna intitolat għalih. Ix-xogħol hawn nagħmluh b'passjoni. Fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, meta toħroġ il-benefiċċju lil min ikun ħaqqu, tħoss li inti, bix-xogħol li qed twettaq, qed tgħin b'mod mistħoqq lil dawn il-persuni biex ħajjithom tkun aħjar.

Bniedem li ħareġ għax-xogħol normali u daħal id-dar iktar mejjet milli ħaj u ħadem biex jingħata l-benefiċċju kemm jista' jkun malajr, u tisimgħu jċempillek jibki biex jirringrazzjak tal-ħidma li qed inwettqu, huwa eżempju ħaj tas-serenità li jagħtik dan ix-xogħol. Il-'Grazzi' min-nies tfisser ħafna. Ma tagħmilx ix-xogħol biex taqla' l-'Grazzi', imma dik tgħamillek il-ġurnata.

L-arroganza tan-nies tweġġgħek. Ma jistgħux jitfgħu lil kulħadd f'keffa waħda, iktar u iktar meta inti qed tagħmel ħiltek kollha biex tgħin. Aħna mhux flusna qed nagħtu imma nimxu mal-parametri tal-liġi. Hawn min meta ma jieħux li jrid, jibda imaqdar, u dak mhux sewwa. Ikkuntatjana, kellimna minflok taqbad u tikteb fuq il-midja soċjali b'kummenti negattivi, għax dik lilna tweġġgħana." - Louise Micallef, Charmaine Cini, Lorraine Schembri
_

JIEN IS-SERVIZZ PUBBLIKU. Kampanja informattiva li qed issir b’kollaborazzjoni bejn The People of Malta u d-Dipartiment tal-Komunikazzjoni tas-tas-Servizz Pubbliku.

Photos from Servizzi u Benefiċċji Soċjali's post 05/06/2024

Illum ħabbarna li l-ġimgħa d-dieħla se jitħallsu ċ-Children Allowance, inkluż tat-tfal b’Diżabilta’ u tal-Fostering, u kif ukoll l-Allowance Supplimentari.

Dawn il-benefiċċji ser isiru lill-familji Maltin u Għawdxin bi:

🔴 tfal taħt is-sittax-il sena,

🔴tfal b’diżabilità’,

🔴dħul baxx (inkluż pero’ persuni single jew koppji).

Ser isiru wkoll il-ħlasijiet lil ġenituri li qed jiffosterjaw.

B’kollox se jkunu qed jitħallsu kważi €20 miljun lil 62,000 familja.

F’sena l-ħlasijiet lil dawn il-familji u persuni jlaħħqu aktar minn kwart tal-investiment sħiħ fuq benefiċċji mhux kontributorji u meta tgħodd benefiċċji oħrajn imħallsa lill-familji jiġu kważi 10% tal-investiment soċjali sħiħ li jsir fuq pensjonijiet u benefiċċji.

Il-pagamenti ikopru it-tielet kwart tas-sena u bħas-soltu jitħallsu bil-quddiem.

Il-ħlasijiet se jidħlu dirett fil-kontijiet bankarji tal-familji eliġibbli l-ġimgħa d-dieħla mill-Ħamis ‘il quddiem.

Familja | Department of Social Security - Malta | Is-Servizz Pubbliku

04/06/2024

Segwi hawn spjega mid-Direttur Ġenerali tas-Sigurta’ Soċjali, is-Sur Grazio Barbara, dwar l-Allowance lil ġenituri ta’ studenti li jkomplu bl-istudji post-sekondarji tagħhom.

01/06/2024

Illum huwa l-Jum iddedikat lill-ġenituri u tajjeb li nfakkru l-importanza ta’ trobbija pożittiva u li t-tfal jittrabbew f’għożża. Il-ġenituri jew persuni responsabbli mill-kura u kustodja tal-ulied, huma l-aktar persuni importanti u għeżież għat-tfal tagħna. L-identita’, is-sigurta’ u l-iżvilupp tat-tfal tagħna jiddependu ħafna mill-ħajja li noffru lit-tfal tagħna minn ċkunithom. Kull ġenitur ikun jixtieq l-aħjar għal uliedu; kull ġenitur ikun jixtieq li jqatta’ aktar ħin ta’ kwalita’ mat-tfal tiegħu, kull ġenitur jixtieq jara lill-uliedu jikbru f’adulti responsabbli u b’futur sabiħ quddiemhom.

Tul dawn l-aħħar snin, ħdimna biex nkomplu inkunu ta’ sostenn għal familji u l-ġenituri. Ewlenin fosthom ikunu il-Qafas ta’ Politika ġdida għat-Tfal 2024-2030, u l-Pjan Soċjali għall-Familji 2024-2030. Matul dawn l-aħħar snin, saħħaħna ukoll diversi benefiċċji, bħaċ-Children’s Allowance. Introduċejna s-Suppliment tal-Allowance tat-Tfal. Ħdimna ukoll biex introduċejna benefiċċji ġodda sabiex insostnu lil ġenituri f’impjieg, u dan bis-saħħa tal-introduzzjoni tal-In-Work Benefit. Introduċejna sistema ta’ tapering tal-benefiċċji għal min jsib impjieg u ikun fuq l-benefiċċji soċjali.

Riċentament tajna għal-ewwel darba lill-ġenituri ta’ studenti li jkomplu bl-istudji post-sekondarji, allowance għall-ewwel tlett snin ta’ studju.

Ġie introdott benefiċċju, il-Carers Grant, għal wieħed mill-ġenituri li ma jistax jaħdem minħabba li jrid jieħu ħsieb wild b’diżabilita’. Komplejna nsaħħu l-allowance għal dawk il-persuni li jagħżlu li jiffosterjaw u tajna għotja sostanzjali lil dawk il-persuni li jaddottaw. Tajna Bonus lil ġenituri għat-twelid tat-tarbija tagħhom. Introduċejna għotja bħala kumpens għall-ogħli tal-ħajja.

Dan kollu filwaqt li bqajna wkoll noffru benefiċċji oħra bħal benefiċċju u leave tal-maternita’ u l-introduzzjoni ta’ servizz ta’ Child Care b’xejn.

Aħna kommessi li nibqgħu insostnu lil-ġenituri jew dawk responsabbli mill-kura u kustodja tal-ulied b’aktar servizzi u għajnuniet sabiex ngħinuhom fil-perjodu kruċjali tat-trobbija.

Familja | Is-Servizz Pubbliku | Department of Social Security - Malta | Positive Parenting Malta

31/05/2024

Eluf ta’ nies żaru l-istand tagħna waqt l-EXPO tas-Servizz Pubbliku li saret f’nofs Mejju.

Fatt posittiv ħafna kien li aktar minn 1200 persuna, fosthom tfal, ħadu sehem fl-attivitajiet tagħna jew talbu assistenza mingħand il-professjonisti jew uffiċjali tagħna.

Familja | Is-Servizz Pubbliku | Department of Social Security - Malta | Empowering Children's Participation in Malta | Positive Parenting Malta | Foundation for Social Welfare Services | ĠEMMA - Know, Plan, Act. | Sedqa Malta

30/05/2024

Illum ingħata rendikont dwar l-implimentazzjoni ta' żewġ miżuri importanti għalll-pensjonanti li twieldu qabel l-1962 li kienu tħabbru fil-Budget 2024.

Bit-twettiq ta' dawn il-miżuri daħħalna garanzija fil-liġi ta' żidiet kull sena ogħla mill-COLA għal 100,000 pensjonant, fi kliem ieħor għall-pensjonanti kollha, twieldu meta twieldu.

Barra minn hekk biż-żieda fid-Dħul Pensjonabbli Massimu għal dawk li twieldu qabel l-1962, 25,000 minnhom qed igawdu minn żieda addizzjonali fil-pensjoni.

B'hekk qed jissewwew żewġ anomaliji li nħolqu kważi 20 sena ilu.

Din il-figura ta' 25,000 hija aktar mid-doppju ta’ dak li kien maħsub ghax sar ezercizzju massiċċ ta’ revizjonijiet sabiex inkunu certi li ma nhallu lill-hadd barra minn dawk intitolati.

Bit-twettiq ta' dawn iż-żewġ miżuri diġà implimentajna 32 minn 35 miżura tal-Budget jew 91%. Il-kumplament se jitwettqu fil-ġimgħat li ġejjin.

Grazzi lill-ħaddiema kollha tagħna u oħrajn li jgħinuna nwettqu dan kollu 🙏

Photos from Servizzi u Benefiċċji Soċjali's post 27/05/2024

Illum ftaħna uffiċċjalment l-Uffiċju ta’ Akkwist u Provvisti, ġewwa Triq Melita, l-Belt Valletta wara li sar xogħol estensiv ta’ rinovar u restawr fil-binja; liema xogħol inbeda f’Settembru tal-2022. Tajna mhux biss ħajja mill-ġdid lil din il-binja antika, iżda wkoll dinjità lill-ħaddiema ta’ din is-sezzjoni li taqa’ taħt id-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi.

Nirringrazzjaw lill-ħaddiema ta’ din is-sezzjoni li mexxew l-proċess kollu b’mod mill-aktar professjonali, sabiex llum għandna binja mill-isbaħ, bi spazju adekwat kemm għall-uffiċċji tal-ħaddiema u kif ukoll fejn jinżammu l-provvisti meħtieġa għall-ħaddiema tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal. Fl-istess ħin qed nipprovdu ambjent li jixraq lill-ħaddiema ta’ din is-sezzjoni li tagħmel xogħol importanti u indispensabbli fi ħdan il-Ministeru tagħna.

Il-ftuħ uffiċjali sar mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon fil-preżenza tas-Segretarju Permanenti Mark Musu’, id-Direttur Rita Calleja u l-ħaddiema nfushom.

Familja

Photos from Servizzi u Benefiċċji Soċjali's post 24/05/2024

Illum organizzajna ġurnata għall-ħaddiema, fix-xahar li fih nfakkru t-twaqqif tas-sigurta’ soċjali f’Malta.

Matul din l-ġurnata kellna ċ-ċans mhux biss biex nispjegaw l-ħidma li qed ssir mid-diversi dipartimenti li jaqgħu taħt l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, iżda ukoll nitkellmu mal-ħaddiema mill-kbar saż-żgħar dwar diversi temi.

Dawn l-okkażjonijiet iressquna aktar qrib il-ħaddiema tagħna, li mhux biss għandhom rwol importanti x’joffru imma jaħdmu bla heda biex iwasslu servizzi u benefiċċji soċjali fid-djar tan-nies.

Familja | Department of Social Security - Malta

Photos from Servizzi u Benefiċċji Soċjali's post 23/05/2024

Dalgħodu tħabbar li minn tmiem din il-ġimgħa se nkunu qed inħallsu l-Allowance Speċjali għall-familji bi studenti post-sekondarji. Din l-allowance se tkun ta’ €500 fis-sena u titħallas sa massimu ta’ 3 snin.

B’kollox se jibbenefikaw madwar 10,400 student li jgħixu f'9,600 familja b’investiment soċjali ta’ €5.2 miljun.

Familja | Edukazzjoni

23/05/2024

Għall-ewwel darba fi tmiem din il-ġimgħa qed isir il-ħlas tal-Allowance Speċjali għall-familji bi studenti post-sekondarji. Għal aktar tagħrif idħol hawn https://socialsecurity.gov.mt/mt/allowance-specjali-ghall-istudenti/

Familja | Is-Servizz Pubbliku

21/05/2024

🇲🇹Se jibda jingħata benefiċċju ġdid 💶💶 lill-ġenituri ta’ studenti full-time, li għandhom bejn 1️⃣6️⃣ u 2️⃣0️⃣ sena, u li jgħixu mal-ġenituri tagħhom. Il-ħlas, ta’ €5️⃣0️⃣0️⃣ fis-sena, sa massimu ta’ tlett snin, ser isir b’mod awtomatiku biex jgħin lill-ġenituri wara li jieqaf iċ-Children’s Allowance. Japplikaw xi termini u kundizzjonijiet li se jitħabbru il Ħamis.

→Żur is-sit family.gov.mt jew ċempel 153 għal aktar dettalji.

🇬🇧A new grant 💶💶 will be given to parents of full-time students, between 1️⃣6️⃣ and 2️⃣0️⃣ years old and live at the family’s home. The payment of €5️⃣0️⃣0️⃣ per year, up to a maximum of three years, is processed automatically. It helps parents after they stop receiving the Children’s Allowance. Terms and conditions apply and will be announced Thursday.

→Visit family.gov.mt or phone 153 for further details.

20/05/2024

Grazzi 🙏🏻

Photos from Servizzi u Benefiċċji Soċjali's post 19/05/2024

Grazzi minn qalbna talli attendejtu bi ħġarkom għall-Expo ta’ din s-sena.

Grazzi tas-sehem tagħkom fl-attivitajiet li ħejjejna għall-familji, pensjonanti, u t-tfal fost oħrajn.

Ħadna gost ħafna nisimgħu mingħandkom u niltaqgħu magħkom.

Fuq kollox ħadna gost naraw lit-tfal jipparteċipaw bis-sħiħ fl-Expo fuq l-istand tagħna.

Komplu segwuna minn din il-paġna.

Is-Servizz Pubbliku | Familja | Department of Social Security - Malta | Positive Parenting Malta | ĠEMMA - Know, Plan, Act. | Empowering Children's Participation in Malta| Commissioner for Children, Malta | Foundation for Social Welfare Services | Sedqa Malta

19/05/2024

Sempliċiment grazzi 🙏

Photos from Servizzi u Benefiċċji Soċjali's post 19/05/2024

Grazzi lil kull min attenda is-sessjonijiet informattivi imtella’ lbieraħ fuq l-Istand Familja, ġewwa l-EXPO.

Narawkom illum għal aħħar ġurnata tal-EXPO tas-Servizz Pubbliku ġewwa Ta’ Qali, mill-10am ‘l quddiem.

Kunu magħna għal aktar sessjonijiet informattivi dwar trobbija pożittiva, għat-tieni sessjoni ta’ Q&A fuq pensjonijiet u benefiċċji soċjali u għal attivita’ tat-tfal ma’ Amber, f’dawn il-ħinijiet:

10:30am - 11:00am
X’ser jghinek biex tibni familja ghal qalbek -
Sessjoni Informattiva minn Profs Angela Abela.

11:30am - 12:30pm
Q&A Session dwar il-Pensjonijiet u Benefiċċji Soċjali-Fost l-mistiedna preżenti ser ikun hemm is-Sur Mark Musu’ Segretarju Permanenti li ser ikun qiegħed jirrispondi għal mistoqsijiet, flimkien ma' George Cremona, Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Għajnuna Finanzjarja u Osservanza.

12:30pm - 14:30pm
Meet & Greet ma’ Amber Bondin -
Attivita’ għat-tfal fejn flimkien ma’ Amber ser jsemmgħu leħinhom, ipinġu, u/jew jirrekordjaw audio-messages jew videos fuq id-drittijiet tat-tfal u l-familja.

14:30pm - 15:00pm
Ngħinu lil ġenituri fit-trobbija għal futur aħjar għal uliedna - ma’ Dr Rita Micallef

18/05/2024

Illum onoratna bil-presenza tagħha l-ET President tar-Repubblika Dr Myriam Spiteri Debono waqt l-Expo ta' Is-Servizz Pubbliku.

Hija żaret lis-stands kollha inkluż tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal fejn iltaqgħet mal-istaff u l-pubbliku preżenti.

Is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru Mark Musu' ippreżentalha kopja tal-ktieb dwar l-istorja ta' Palazzo Ferreria miktub mill-Prof Raymond Mangion, fil-presenza tas-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana.

Min jattendi għall-Expo f'Ta'Qali jista' jixtri kopja ta' dan il-ktieb mill-aktar interessanti bil-Malti jew bl-Ingliż, bid-dħul imur għall-Malta Community Chest Fund.

18/05/2024

Infakkrukom lil illum u għada se nkunu fuq l-istand tagħna b' numru ta' attivitajiet fosthom għat-tfal u diskussjonijiet interessanti u varji.

Tistgħu anke tiltaqgħu mas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Mark Musu' u d-Direttur Ġenerali George Cremona kemm illum u anke għada bejn il-11am u s-1pm.

Fuq kollox in-nies tagħna se jkunu jistgħu jgħinukom fuq materji ta' sigurtà soċjali u oħrajn.

Ejjew żuruna ☺️

17/05/2024

Segwu dan il-clip li, bl-umoriżmu ħelu tiegħu, mhux biss jinkwadra l-ħajja tagħna l-Maltin fis-sempliċità, u kultant fil-kumplessità, tagħħa iżda wkoll ifakkarna li forsi mingħajr ma nagħtu każ, kontinwament fil-ħajja tagħna hemm involut is-servizz pubbliku.

16/05/2024

Illum ħabbarna li l-pagament li jmiss tal-Benefiċċju Addizzjonali għall-Ogħli tal-Ħajja se jsir sas-Sibt li ġej.

Dan il-benefiċċju qed jitħallas fuq mekkaniżmu li ilu fis-seħħ minn Diċembru 2022.

B’kollox qed jibbenefikaw kważi 99,000 familja, li jgħixu fihom 197,000 persuni, li qed jirċievu l-ħlasijiet dovuti awtomatikament fil-kont bankarju tagħhom b'investiment ta' €17-il miljun.

Qed jibbenefikaw familji lid-dħul tagħhom ma jaqbiżx l-ammonti imsemmija f’din it-tabella, skont in-numru ta’ persuni li jgħixu fihom u l-età tagħhom.

Min id-dħul tal-familja tiegħu ma jaqbiżx l-ammonti imsemmija u ma jirċievix il-benefiċċju, jista’ jċempel 153 jew iżur l-eqreb uffiċċju ta’ servizz.gov għal aktar tagħrif.

Photos from Servizzi u Benefiċċji Soċjali's post 15/05/2024

Illum fil-Jum iddedikat lil familji, niedejna għall-konsultazzjoni pubblika il-Pjan Soċjali għal Familji minn ġewwa l-Expo tas-Servizz Pubbliku.

Fl-ewwel ġurnata tal-EXPO f'Ta' Qali, ħadna gost naraw atttendenza sabiħa ta’ ħaddiema u familji jattendu u jżuru ukoll l-istand tagħna Familja.

L-Expo tissokta għada l-Ħamis 16 ta’ Mejju fin-12:30pm u tibqa sejra sa nhar il-Ħadd 19 ta' Mejju.

Nieħdu gost naraw lil familji u lilkom magħna ☺️

Familja

13/05/2024

🇲🇹Minbarra ż-żieda tal-COLA, il-Gvern qed jagħti benefiċċju ta’ bejn €1️⃣0️⃣0️⃣ u €1️⃣,5️⃣0️⃣0️⃣ fis-sena lil kull min jaqla’ inqas mill-medjan 📉Nazzjonali.

Il-benefiċċju jingħata awtomatikament f’żewġ pagamenti 💶💶. L-ewwel pagament sar f’Diċembru li għadda u t-tieni wieħed qed jingħata dan ix-xahar.🗓️

→Għal iktar informazzjoni żur is-sit family.gov.mt.

🇬🇧Besides the COLA adjustment, the Government is giving a grant of between €1️⃣0️⃣0️⃣ and €1️⃣,5️⃣0️⃣0️⃣ per year to those that earn less than the National median. 📉

The grant is given automatically across two payments 💶💶. The first in December and the second one throughout this month. 🗓️

→ Fur further information visit family.gov.mt.

11/05/2024

Il-vuċi tat-tfal tibqa’ dejjem priorita’.

Nixtiequ nisimgħu aktar mingħand l-adulti ta’ għada.

Waqt l-EXPO tas-Servizz Pubbliku it-tfal ser ikollhom iċ-ċans isemmgħu leħinhom permezz ta’ pjattaforma online, fuq l-istand tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.

Il-parteċipazzjoni tat-tfal fis-soċjeta’ hija importanti ħafna.

Ingħaqdu magħna flimkien mat-tfal tagħkom, bejn l-15 u d-19 ta’ Mejju ġewwa l-MFCC Ta’ Qali, biċ-ċans ukoll li jirbħu rigali sbieħ.

Is-Servizz Pubbliku | Familja | Empowering Children's Participation in Malta

Want your organisation to be the top-listed Government Service in Valletta?
Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

Segwi hawn spjega mid-Direttur Ġenerali tas-Sigurta’ Soċjali, is-Sur Grazio Barbara, dwar l-Allowance lil ġenituri ta’ s...
🇲🇹Se jibda jingħata benefiċċju ġdid 💶💶 lill-ġenituri ta’ studenti full-time, li għandhom bejn 1️⃣6️⃣ u 2️⃣0️⃣ sena, u li...
🇲🇹Minbarra ż-żieda tal-COLA, il-Gvern qed jagħti benefiċċju ta’ bejn €1️⃣0️⃣0️⃣ u €1️⃣,5️⃣0️⃣0️⃣ fis-sena lil kull min j...
Empowering Children’s Participation Giveaways EXPO 2024
EXPO 2024 - Parteċipazzjoni Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal
Ilbieraħ ixxandar l-ewwel programm bl-isem ‘Servizzi fil-Komunita’, imtella mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Dr...
Isma hawn lis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Mark Musu’ jispjega ż-ż...
F’konferenza organizzata minn ĠEMMA - Know, Plan, Act. matul din il-ġimgħa, ġew ippreżentati r-riżultati li ħarġu minn s...
MCESD Delegation with EU Institutions
🇲🇹Il-Gvern daħħal żewġ miżuri biex jiżgura li kull pensjonant 👵🏼👴🏼 jiġi ttrattat l-istess, twieled meta twieled.Dawn il-...
L-Iżvilupp tal-Politika (Policies) tibqa’ fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna. Il-familja hija sisien importanti li għalhekk rri...
Rapport Nazzjonali dwar is-Sitwazzjoni tad-Droga u r-Risponsi għaliha F'Malta.

Website

Address

310, Palazzo Ferreria, Republic Street
Valletta
VLT1110
Other Government Organizations in Valletta (show all)
finanzi finanzi
Valletta

Il-paġna uffiċjali tal-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol.

Familja Familja
Valletta

Ministry for Social Policy and Children's Rights

Guardian of Future Generations Guardian of Future Generations
Ministry For The Environment, Energy And Enterprise
Valletta

The Guardian of Future Generations is established under the Sustainable Development Act of the Laws of Malta with a mandate to safeguard inter-generational and intra-generational s...

Voluntary Return Malta Voluntary Return Malta
Ministry For Home Affairs, Security Reforms, And Equality, 201, Strait Street
Valletta, VLT1433

Assisted voluntary return and reintegration offered by MT Government to Third Country Nationals

People Management Division, Ministry for Health and Active Ageing People Management Division, Ministry for Health and Active Ageing
Merchants Street
Valletta

Apart from being responsible for the Human Resources Strategy within the Ministry, the People Management Division performs duties related to Resourcing, Industrial Relations, Data ...

Fondi Ewropej Fondi Ewropej
33, House Of Catalunya, Marsamxett Road
Valletta

Il-paġna uffiċjali tas-Segretarjat għall-Fondi Ewropej. Segwu għal aktar aġġornamenti! The of

Positive Parenting Malta Positive Parenting Malta
Valletta

Our aim as Positive Parenting Malta is to raise awareness about the importance of building a secure relationship with our adolescents. This page will provide you with a number of p...

Akkomodazzjoni Akkomodazzjoni
123, Triq Santa Luċija
Valletta

This is the official page of the Ministry for Social and Affordable Accommodation

Covid19 Malta Covid19 Malta
Auberge De Castille
Valletta

The scope of this page is to present guide to the Maltese in relation to the COVID-19 situation.

Victim Support Agency Victim Support Agency
52, Old Theatre Street
Valletta

Acting as the National contact point for victims of crime.

Djalogu Soċjali Djalogu Soċjali
Auberge De Castille
Valletta

Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sostenibilità Sostenibilità
Quarry Wharf
Valletta

This page shows the work of the Ministry for Environment, Energy and Enterprise