Sezzjoni Zghazagh Karmelitani Beltin
Din hija il-paġna tas-Sezzjoni Zgħazagħ Karmelitani Beltin fi ħdan l-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu
Il-festa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta qatt ma kienet nieqsa minn grupp sabih ta' żgħażagħ li dejjem ħadmu, mhux biss għall-festa, iżda anke matul is-sena kollha. Biżżejjed insemmu l-pageant famuża tal-Ġimgħa l-Kbira li kienet issir fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu. Meta, fl-2015, l-Għaqda Festi Esterni Madonna tal-Karmnu ngħatat dehra u isem ġdid, inħass il-ħtieġa li anke
LEJN IL-FESTA 2025
Filwaqt li jibqgħu friski l-memorji ta’ festa kbira li ċċelebrajna xahar ilu, nitfgħu ħarsitna lejn il-festa tas-sena 2025.
Ingħaqdu magħna għal din l-ewwel attività. Id-dettalji fil-poster 👇
IS-SITTAX TAX-XAHAR!
Minkejja li issa dħalt fin-niċċa, f'qalbna inti tibqa is-sena kollha mhux f'Lulju biss.
Miegħek nerġghu inġeddu l-wegħda tagħna li s-sena d-dieħla festi kbar nerġghu ngħatuk
Solennità ta' San Elija, Missier l-Ordni Karmelitan.
Nawguraw il-festa t-tajba lill-Provinċja Karmelitana Maltija u lill-Ordni Karmelitan. Nitolbu f'dan il-jum għal aktar vokazzjonijiet.
Awguri wkoll lill-Karmelitanii kollha
Ħarġet issebaħ it-toroq Beltin.
Niltaqghu illejla quddiem is-Santwarju Bazilika biex naraw il-patruna taghna tbierek u ssebbah it-toroq ta' Beltna.
Is-Sittax ta, Lulju fil qalb tal Maltin.
Tal-Karmnu kienet, ghadha u tibqa’ fil-qalb tal-Maltin!
Viva s-SITTAX TA’ LULJU!
L-isbaħ ġurnata tas-sena waslet. Nawguraw il-festa t-tajba lil Karmelitani Beltin kollha.
VIVA il-Madonna tal-Karmnu 🩵🩵
Flimkien ghal festa ohra kbira💙
Viva r regina tal kapitali
LEJLIET LEJLIETHA!
Mat-tokki ta’ nofsinhar, wara aktar minn xahar xoghol, u sena hidma fis-skiet, is-Santwarju Bazilika u t-toroq ta’ Beltna, lesti fl-aqwa taghhom ghall-festa tal-Omm u l-Patruna!
Grazzi lill-voluntiera kollha taghna, kemm dawk tas-Santwarju u dawk ta’ barra! Fuq fomm kulhadd, ghandna t-toroq u s-santwarju genna tal-art.
Minn qalbna ghalikom: IL-FESTA T-TAJBA!
Niltaqghu llejla ghall-marc tal-ahhar jum tan-Novena! Titilfuhx!
VIVA L-MADONNA TAL-KARMNU!
Narawkom illejla
Illejla fil-Belt Valletta 👇
U IL MARC TAZ - ZGHAZAGH KIEN GHAL DARBOHRA FENOMINALI.
GRAZZI
Armar, show u brijju
Kollu narawh illejla
Kif nafu naghmlu ahna il Karmelitani Beltin
16 TA' LULJU - PROGRAMM TAĊ-ĊELEBRAZZJONIJIET
Għal dawk li qed jistaqsuna, dan huwa l-programm għall-ġurnata għażiża tas-16 ta' Lulju:
Il-Quddies fuq l-artal tal-vara jkun fil-5.30am, fis-6.00am, 6.30am, 7.00am u nofsinhar.
7.30am: Ċelebrazzjoni Solenni tat-Tifħir taʼ Sbieħ il-Jum mir-Rev. Pirjol Patri Alex Scerri O. Carm Rettur tas-Santwarju.
8.00am: Quddiesa mill-Provinċjali, r-Retturi u l-Kappillani tal-Knejjes tal-Belt. Imexxi l-W.R. Patri Josè Debono OCD, Provinċjal tal-Karmelitani Skalzi.
9.30am: Quddiesa Solenni Prelatizja mmexxija mill-Wisq Rev. Provinċjal Patri Charles Mallia O.Carm. Jinseġ il-paniġierku r-Rev. Patri Alan Joseph Adami O.P.
5.30pm: It-Tieni Għasar Solenni mmexxi mir-Rev. Pirjol Patri Alex M. Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju.
6.00pm Quddiesa kantata mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof Metropolita taʼ Malta.
7.00pm Purċissjoni Solenni bl-Istatwa devota tal-Madonna tal-Karmnu. Waqt il-pellegrinaġġ tingħad it-talba tar-Rużarju.
8.00pm: Il-purċissjoni tasal fuq iz-zuntier tal-Kon-Katidral taʼ San Ġwann, fejn issir il-konsagrazzjoni lill-Madonna tal-Karmnu.
10.15pm: Dħul tal-Purċissjoni fis-Santwarju Bażilika, kant tal-Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
VIVA L-MADONNA TAL-KARMNU!
-2
Gimgha Biss ⚪🔵
Fadal biss ġimgħa għall-jum għażiż tas-16 ta' Lulju, il-ġurnata kollha kemm hi ddedikata lill-Madonna tal-Karmnu. Kif għamlu missirijietna, bħal-lum ġimgħa, ninġabru fil-Kapitali biex nimxu wara x-xbieha għażiża tal-Madonna tal-Karmnu, waqt li minn qalbna toħroġ l-għajta ta' Viva l-Omm.
Minn qalbna joħroġ dan it-tifħir kollu lil dik li tant inħobbu w rridu naqsmuh magħkom hekk kif nibdew l-isbaħ ġimgħa tas-sena.
VIVA L-MADONNA TAL-KARMNU! VIVA S-SITTAX TA' LULJU
Bhal llum gimgha f’pjazza mattia preti
Il-Marc ta' Sant Elija.
Nhar is-Sibt, 13 𝙩𝙖’ 𝙇𝙪𝙡𝙟𝙪 ser isir il-marċ ta' Sant Elija li jibda fid-8:30pm
Wara l-marċ, spettaklu organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani, show tal-karti sinkronizzat mal-mużika 🎉
Kollox bil-lest ghal festa tfal
Narawkom
Narawkom ghada tfal
𝐖𝐀𝐒𝐀𝐋𝐍𝐀 👉 1️⃣ to go 🔸 KOLLOX GĦAL GĦADA!
Ticcaqlaq int ticcaqlaq Malta
Narawkom illejla
Illejla nilqgħuk ħierġa min-niċċa! Viva l-Omm
Merhba Lujlu. Ix-xahar iddedikat Lilek, l-Omm u l-Gmiel tal-Karmelu. Viva s-Sittax ta' Lujlu.
Fittex zernaq Lulju sabih
Viva l-Madonna tal-Karmnu
Post ir-regina lest ghal nhar it-tnejn li gej
Click here to claim your Sponsored Listing.
Videos (show all)
Category
Contact the place of worship
Telephone
Address
Old Theatre Street
Valletta
VLT1535