Fratellanza San Vincenz Ferreri -Valletta

Il-pagna ta' facebook tal-Fratellanza ta' San Vincenz Ferreri, imwaqqfa fil-Bazilika Matrici ta' Santa Marija tal-Porto Salvo u San Duminku fil-Belt Valletta.

17/05/2024

Il-membri tal-Fratellanza ta' San Vincenz Ferrer li hadu sehem fil-pellegrinagg tal-Madonna ta' Fatima mill-Bazilika tad-Dumnikani fil-Belt Valletta sal-Furjana tas-Sibt 27 ta' April 2024.

(RItratt; Mark Micallef Perconte)

05/05/2024

Id-dhul tal-vara ta' San Vincenz Ferrer fil-Bazilika fl-isfond tal-antifona f'gieh l-istess qaddis immuzikata minn Mro Neil Zammit, fratell fi hdan l-istess fratellanza.

Muntagg: Mario J.Spiteri

Photos from Fratellanza San Vincenz Ferreri -Valletta's post 04/05/2024

FESTA TA' SAN VINCENZ FERRER.

Iktar kmieni illejla giet iccelebrata l-Festa ta' San Vincenz Ferrer fil-Bazilika ta' Santa Marija tal-Portu Salvu u San Duminku fil-Belt Valletta.

Ftit qabel il-quddiesa li bdiet fis-18.15, saret il-professjoni ta' tliet fratelli godda fil-Fratellanza ta' San Vincenz Ferrer; Justin Borg mill-Belt Valletta, u Marvin Cucciardi u Sheldon Farrugia miz-Zurrieq.
Ir-rit tal-professjoni sar quddiem l-altar ta' San Vincenz Ferrer fl-istess Bazilika u tmexxiet minn Patri Constantino Mamo OP, quddiem ir-Rettur tal-Fratellanza George Gusman u xi fratelli ohra.

Il-Quddiesa Solenni tal-Festa giet iccelebrata mill-Kan Dun Ivan Aquilina flimkien mal-Kappillan il-Kan. Patri Michael Camillier u membri ohra tal-Komunita' Dumnikana bis-sehem ukoll ta' Fra George Micallef, gwardjan tal-Komunita' tal-Frangiskani Konventwali Minuri tal-Belt Valletta.

Wara l-quddiesa, harget il-purcissjoni bl-istatwa devota ta' San Vincenz u bis-sehem tal-Fratellanza ta' San Vincenz Ferrer, fejn akkumpanjaw ghadd sabih ta' fratelli, li ntemmet fil-Bazilika bil-barka sagramentali ul-bews tar-relikwa.

Nirringrazzjaw minn hawnhekk li dawk kollha li ghenu biex setghet issir din il-festa, fosthom il-kappillan Fr Michael Camilleri OP ul-fratelli li taw sehemhom fil-purcissjoni.

(Hajr lil Neil Zammit, Alfred Grixti, Rayden Mizzi, Dominic Galea u Alex Vella Gregory ghar-ritratti.)

29/04/2024

L-istatwa devota ta’ San Vinċenz Ferrer OP, armata fil-Knisja tagħna, bi tħejjija għall-Festa tiegħu li se nkunu qegħdin niċċelebraw fil-Parroċċa tagħna.

Infakkru li l-jiem tat-Tridu jibdew nhar l-Erbgħa l-1 ta’ Mejju, bil-qofol tal-Festa jintlaħaq nhar is-Sibt 4 ta’ Mejju permezz tal-purċissjoni bl-istatwa u r-relikwja tal-istess Qaddis.

'Inti Safi bħal l-Anġli'...

Fratellanza San Vincenz Ferreri -Valletta

23/04/2024

Il-Programm tal-Festa ta' San Vincenz din is-sena.

21/04/2024

Dalghodu ngiebet, fil-Bazilika ta' Santa Marija tal-Portu Salvu u San Duminku fil-Belt Valletta, l-istatwa devota tal-Madonna ta' Fatima, meqjuma fil-Parrocca ta' Gwardamangia, li ser tkun inkurunata fil-5 ta' Mejju li gej. L-istatwa se tinzamm fil-knisja sa nhar is-Sibt 27 ta' April, meta ser tittiehed lura fil-parrocca taghha f' pellegrinagg bis-sehem ta' b***a fratellanzi, fosthom dik ta' San Vincenz Ferreri.

(Ritratt: George Gusman)

05/04/2024

Illum hija l-festa liturgika tat-tawmaturgu San Vincenz Ferreri, Padrun tal-Fratellanza.

Aktar taghrif dwar dan il-qaddis f'dan il-link

https://www.facebook.com/share/p/UN1h9F9UR8FYKQz9/

5 ta' April
SAN VINĊENZ FERRER
Saċerdot Dumnikan

San Vinċenz twieled f’Valenzja, Spanja, fl-1350, u kien ta’ nisel Ingliż jew Skoċċiż. Fl-1367, meta kellu sbatax-il sena, daħal mad-Dumnikani.

Ġie ordnat saċerdot mill-Kardinal Pietru de Luna, u ftit snin wara ġie magħżul Pirjol tal-Kunvent tad-Dumnikani, f’Valenzja.

Fi żmien meta fil-Knisja kien hemm żewġ Papiet, Klement VII, f’Avignon, u Urbanu VI, f’Ruma, San Vinċenz kien jaħseb li Klement VII kien il-veru Papa, għax kien influwenzat mill-Kardinal de Luna li kien iżomm miegħu. Fl-istess waqt Santa Katarina ta’ Siena kienet iżomm mal-Papa Urbanu VI.

Meta Klement VII miet, il-Kardinal de Luna laħaq floku bl-isem ta’ Benedittu XIII, u San Vinċenz żamm miegħu.

Għal ħafna snin, San Vinċenz iddedika ruħu għall-prietki u ġera f’ħafna pajjiżi, barra Franza, mar Spanja, l-Isvizzera, l-Italja, il-Ġermanja, l-Ingilterra u pajjiżi oħra. Kien jipprietka l-iktar fuq in-Novissimi, u kien ikollu udjenzi enormi u ħafna konverżjonijiet.

Ix-xiżma fil-Knisja nkwetatu ferm, u ta sehmu sakemm raha tispiċċa. Meta San Vinċenz ra li Benedittu XIII ma riedx jirriżenja, ma baqax iżomm iktar miegħu, anzi darba, meta kien marid mejjet, f’laqgħa li fiha kien qed jippresiedi Benedittu XIII, iddenunzjah b’ħiltu kollha.

Kien hu wkoll li ta’ parir lir-Re Federiku ta’ Aragona biex ma jkomplix jappoġġa lil Benedittu. Fl-aħħar Benedittu ġie mneħħi u hekk ix-xiżma spiċċat fl-1416 meta ġie elett il-Papa Martin V.

Miet f’Vannes, fi Franza, waqt li kien qed jagħti missjoni li fiha pprova jwaqqaf l-hekk imsejħa ‘Gwerra ta’ Mitt Sena’ bejn Franza u l-Ingilterra. Kien il-5 ta’ April, 1419, meta kellu 69 sena. Ġie ddikjarat qaddis fl-1455 (36 sena wara mewtu) u hu meqjum ħafna mhux biss fi Spanja u fl-Amerka Latina, imma wkoll fil-Filippini.

Photos from Fratellanza San Vincenz Ferreri -Valletta's post 09/03/2024

Il-bierah grupp ta' fratelli mill-Fratellanza taghna hadu sehem fil-purcissjoni bis-Sagrament li saret mill-Knisja ta' San Frangisk ghall-Bazilika Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta.

Timeline photos 03/03/2024
Timeline photos 03/03/2024

Il-Fratellanza ta' San Vincenz Ferreri waqt is-sehem taghha fil-purcissjoni tal-Ecce Homo li saret mill-Bazilika ta' Santa Marija tal-Porto Salvo u San Duminku fil-Belt Valletta nhar il-Gimgha 1 ta' Marzu.

15/01/2024

Il-bierah 14 ta' Jannar, il-Fratellanza ta' San Vincenz Ferreri tat is-sehem taghha fil-quddiesa tad-9.30 am fil-Bazilika ta' Santa Marija tal-Portu Salvu u San Duminku fil-Belt Valletta li tqaddset mill-Ecc. Tieghu Mons Charles J.Scicluna, Arcisqof ta' Malta u li xxandret dirett fuq TVM.

Grazzi lill-fratelli kollha li attendew jew taw sehemhom billi ghenu fil-quddiesa.

24/12/2023

Il-Fratellanza ta' San Vincenz Ferreri tawgura lil kulhadd Milied Hieni u Qaddis mimli barka mill-Mulej.

09/11/2023

Il- Fratelli tal- Fratellanza San Vincenz Ferreri -Valletta (u dawk tal-Arcikonfraternita' tas- Sagrament) flimkien mal-Kappillan Patri Michael Camillieri OP quddiem l-altar ta' San Vincenz Ferreri fil-Bazilika Dumnikana fil-Belt Valletta fi tmiem il-quddiesa ghall-erwieh tal-membri mejtin tal-fratellanzi li matulha saret ukoll l-uffizzjatura tal-mejtin.

(Ritratt: Vincent M.Galea)

07/11/2023

Nhar il-Hamis 9 ta' Novembru ser issir l-uffizzjatura tal-Mejtin ghall-erwieh tal-fratelli mejtin tal-Fratellanza ta' San Vincenz Ferreri fil-Parrocca Bazilika ta' Santa Marija tal-Portu Salvu u San Duminku fil-Belt Valletta fis-6.15 pm.

22/05/2023

Il-Konfraternita` ta’ San Vinċenz Ferreri fil-Parroċċa ta’ San Duminku fil-Belt Valletta

Il-Konfraternita` ta’ San Vinċenz imsejħa wkoll tal-Mewt, twaqqfet fil-Parroċċa Matriċi u Prinċipali ta’ Sidtna Marija tal-Portu Salvu u San Duminku bis-sensja mogħtija fit-18 ta’ Lulju 1576 mill-inkwiżitur Mons. Pietro Sant Umano. L-imseħbin fiha kienu jilbsu kunfratija sewda u fil-purċissjonijiet setgħu iġibu s-salib bl-istandard ta’ San Vinċenz. Kellhom ukoll il-jedd u d-dmir li jidfnu lil dawk kollha li jmutu zoptu, b’mewta naturali jew kaġunata, eżempju b’waqa’.

Il-Konfraternita` msemmija fis-27 t’Ottubru ġiet imsieħba mal-Arċikonfraternita` tal-Orazzjoni u l-Mewt imwaqqfa f’Ruma. It-twaqqif tagħha fil-knisja tal-Portu Salvu ġie rreġistrat fil-Kurja tal-Isqof ta’ Malta fis-7 ta’ Mejju 1580. Il-fratelli ta’ San Vinċenz fil-15 t’April 1577 qalgħu mingħand id-Dumnikani tal-Belt biċċa art fis-sit tal-kunvent tagħhom biex fiha jibnu knisja jew kappella. Fil-fatt din il-knisja nbniet fis-sit tal-kunvent tagħhom fin-naħa ta’ Triq Irjali kif tidher f’mapep antiki tal-Belt. Fis-sena 1582 inqala’ l-inkwiet bejn il-patrijiet u l-fratelli. Xi żmien wara, dawn riedu jwaqqfu l-Konfraternita` tagħhom f’xi knisja oħra, iżda talbithom ma ġietx milqugħa. Ir-relazzjonijiet bejn il-patrijiet u l-fratelli tant ħżienu li f’ Ġunju 1588 tliet fratelli marru biex jieħdu l-kwadru ta’ San Vinċenz u xi ħwejjeġ mobbli li kellhom fil-kappella li bnew. Fil-fatt eventwalment il-fratellanza telqet minn ġol-knisja tal-Portu Salvu.

Fl-1744 għadd ta’ devoti ta’ dan l-qaddis reġgħu ingħaqdu u ppreżentaw talba lill-Isqof Paolo Alpheran de Bussan biex jippermettilhom iwaqqfu Kongregazzjoni. Mat-talba tagħhom huma ppreżentaw ukoll l-Istatuti ta’ din il-kongregazzjoni l-ġdida miktuba f’dsatax-il kapitlu. Wara li dawn ġew eżaminati u approvati minn Dun Franġisk Wizzino fl-14 ta’ Lulju 1744 l-imsemmi Isqof ta l-permess tiegħu biex tkun tista’ titwaqqaf mill-ġdid il-Kongragazzjoni ta’ San Vinċenz. L-ewwel vestizzjoni tal-fratelli u s-sorelle saret fid-9 t’ Awwissu waqt li l-ewwel konsulta saret fis-17 ta’ l-istess xahar. Fl-1746 il-fratelli qalgħu statwa ta’ San Vinċenz u ftehmu li jpoġġuha f’ niċċa fil-kappella tiegħu. Fis-sena ta’ wara imbgħad bdew jiġbru biex jagħmlu statwa akbar li flimkien mal-pedistall tlestiet fl-1749. Din hija l-istatwa barokka li għadna naraw fil-knisja sa llum.

Wara li bdew jagħmlu l-purċissjoni, l-fratelli xtaqu li jkollhom il-kunfratija u fl-4 ta' Frar 1842 huma ppreżentaw talba f’dan is-sens lill-Isqof Francesco Saverio Caruana. L-imsemmi Isqof laqa’ t-talba tagħhom u huma qalgħu il-permess li jilbsu l-kunfratija bajda bil-barnuż, kurdun abjad u kuruna sewda mdendla miegħu. Fid-digriet tahom ukoll li jilbsu muzzetta sewda. Biex jiċċelebraw kif jixraq l-għoti tal-kunfratija il-fratelli ħasbu biex f’ dik is-sena l-purċissjoni ta’ San Vinċenz jagħmluha aktar solenni billi stiednu diversi fratellanzi oħra biex jikkmpanjaw magħhom.

Il-Konfraternita` barra li kienet tieħu sehem fil-funzjonijiet u l-purċissjonijiet li kienu jiġu organizzati fil-Knisja tal-Portu Salvu ġieli pparteċipat f’xi okkazjonijiet straordinarji bħal meta ħadet sehem fit-tieni parti tal-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tal-1844. Minħabba li kienet għamlet ix-xita, f’nofs il-purċissjoni li kienet issir f’Ħamis ix-Xirka, il-vari ddaħħlu fil-knisja ta’ San Duminku. Il-purċissjoni kompliet l-għada l-Ġimgħa u fuq stedina tal-fratellanza tas-Ssmu. Kurċifiss ħadu sehem il-fratellanzi tas-Ssmu. Sagrament u dik ta’ San Vinċenz Ferreri.

Tajjeb li nsemmu wkoll il-festi li kienu saru fl-1945 f’għeluq il-mitejn sena mit-twaqqif tal-Fratellanza. Għall-okkażjoni kien anke ġie mistieden San Ġorġ Preca li kien devot kbir ta’ San Vinċenz. Għal din l-okkazjoni inġabru s-soċji kollha tal-mużew u wħud minnhom bdew jitilgħu fuq l-artal u jirrakuntaw miraklu jew episodju mill-ħajja ta’ dan il-Qaddis Tawmaturgu. Impressjonanti kienet it-Transolazzjoni Solenni li kienet saret mill-Konkatidral ta’ San Ġwann għall-Parroċċa tal-Portu Salvu. Kienet tmexxiet mill-Arċisqof Mikiel Gonzi assistit minn diversi monsinjuri. Ħadu sehem għadd kbir ta’ patrijiet Dumnikani u ħafna fratelli ta’ San Vinċenz. Kienet transolazzjoni unika għax matul it-triq kollha, mal-ġnub kellek is-suldati ta’ diversi stakkamenti li kien hawn Malta dik il-ħabta, li spezzjonaw gwardja tal-unur hi u għaddejja r-Relikwa tad-Driegħ tal-Qaddis. Festi speċjali oħra kienu saru fl-1950 biex ifakkru is-sitt ċentinarju mit-twelid ta’ San Vinċenz. Fis-sena 2008 il-fratellanza ħadet sehem fil-ukoll fil-purċissjonijiet li saru fl-Mdina u l-Belt li fakkru l-ftuħ u l-għeluq tas-sena Pawlina.
Il-fratellanza fakkret bis-sollenita` s-sitt ċentinarju mill-mewt glorjuża ta’ San Vinċenz fl-2019. Saru żjarat fi knejjes fejn hemm devozzjoni lejn San Vinċenz. Ittellgħet wirja dwar id-devozzjoni ta’ San Vinċenz u saru festi kommemorattivi.
Illum il-Konfraternita` flimkien mal-Komunita` tal-patrijiet jieħdu ħsieb jorganizzaw il-festa ad unur il-Qaddis Patrun. Għal din il-festa l-fratellanza għandha l-armar tagħha biex bih iżżejjen il-knisja. Barra dan il-fratellanza tippossedi wkoll għadd ta’ oqbra fiċ-ċimiterju tal-Addolorata li fihom jidfnu l-imseħbin kemm irġiel u kemm nisa. Dawn l-oqbra jingħarfu minn statwa tal-ġebel tal-Qaddis li hemm fuqhom.

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Valletta?
Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

Id-dhul tal-vara ta' San Vincenz Ferrer fil-Bazilika fl-isfond tal-antifona f'gieh l-istess qaddis immuzikata minn Mro N...

Website

Address

Parrocca Bazilika Matrici Ta' Santa Marija Tal-Porto Salvo U San Duminku
Valletta
Other Religious Organizations in Valletta (show all)
Hbieb tal-Gimgha l-Kbira, Valletta Hbieb tal-Gimgha l-Kbira, Valletta
St. Ursola Str
Valletta

PASSIO DOMINI NOSTRI JESU KRISTI

LBC MT LBC MT
Valletta
Valletta

Vince Marshall Vince Marshall
Fatima Church G`Mangia
Valletta, PTA1113

MASS -ROSARY -ADORATION WITH HEALING PRAYERS

Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien
Valletta

Paġna ta’ Facebook Uffiċjali tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien f’

St Andrew's Scots' Church Malta St Andrew's Scots' Church Malta
South Street
Valletta

We are an international and interdenominational church worshiping in Reformed Christian tradition

The Church Of Pentecost - Malta The Church Of Pentecost - Malta
Valletta

Welcome to the official page for The Church Of Pentecost in Malta, Europe.

Kollox Mitmum Wirja tal-Ġimgħa l-Kbira Kollox Mitmum Wirja tal-Ġimgħa l-Kbira
West Street Valletta
Valletta

Din hija wirja tal-ġimgħa l-kbira li issir fil-Kunvent tal-Karmnu l-Belt Valletta

Faith Hope & Charity Faith Hope & Charity
7, Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT1171

Run and managed by the Missions' Office, all profits go towards projects being held in Missionary countries. Email: [email protected]

Festa Madonna tal-Karmnu Valletta Festa Madonna tal-Karmnu Valletta
Old Theatre Street
Valletta, VLT1535

Din hija l-paġna uffiċjali tal-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu li torganizza l-Festi Esterni f'ġieħ i

St Paul's Pro-Cathedral St Paul's Pro-Cathedral
Independence Square
Valletta, VLT1535

St Paul's Pro-Cathedral is an Anglican pro-cathedral situated in Independence Square, Valletta, Malta.

Knisja Ta' Ġieżu - Patrijiet Franġiskani l-Belt Valletta Knisja Ta' Ġieżu - Patrijiet Franġiskani l-Belt Valletta
Triq San Ġwann/St. John Street
Valletta, VLT1213