Festa Madonna tal-Karmnu Valletta

Din hija l-paġna uffiċjali tal-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu li torganizza l-Festi Esterni f'ġieħ i

Paġna dwar il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu u d-devozzjoni Karmelitana fil-Belt Valletta

31/12/2023

SENA TA’ EMOZZJONIJIET

Is-sena 2023 kienet sena mill-isbaħ mimlija ħafna emozzjonijiet li ssarrfu f’ħidma b’risq il-festa ta’ dik l-Omm li jgħaddu kemm jgħaddu snin tibqa’ ssaltan fi qlubna.

L-2024 se tkun sena oħra mill-isbaħ għall-Għaqda tagħna u aktar minn qatt qabel determinati li nkomplu nsaħħu l-komunità Karmelitana li tinġabar taħt il-mant ta’ Marija fis-SANTWARJU NAZZJONALI Karmelitan.

Minn qalbna grazzi lil dawk kollha li kienu parti minn din is-sena sabiħa, speċjalment lill-voluntiera u l-familji tagħhom.

Lilkom Beltin u lilkom devoti kollha tal-Madonna tal-Karmnu, IS-SENA T-TAJBA!

Għall-aħħar darba din is-sena, minn qalbna toħroġ l-għajta: VIVA L-MADONNA TAL-KARMNU!

28/12/2023
28/12/2023

L-AĦĦAR JUM TAL-KWARANTURI

10:00am: Quddiesa, Espożizzjoni tas-Ssmu Sagrament u Adorazzjoni

6:00pm: Għasar Solenni

6:30pm: Quddiesa Solenni mmexxija mill-Provinċjal u purċissjoni fil-Bażilika waqt il-kant tat-Te Deum.

Photos from Carmelite Priory Valletta's post 24/12/2023

Il-Bazilika tkompli tilbes ghall-Festi tal-Milied.

Ghada, il-programm ikun hekk:

8:00am u 10:00am: Quddies tal-Ahhar Hadd tal-Avvent.

6:30pm: Tberik tal-Presepju u Quddiesa tal-Vgili tal-Milied

11:30pm: Velja mill-Cappella Musicale Caeciliana u Purcissjoni bil-Bambin

12:00am: Quddiesa tal-Lejl Qaddis tal-Milied u Prietka li din is-sena se ssir minn tifla.

Photos from Carmelite Priory Valletta's post 23/12/2023
Photos from Festa Madonna tal-Karmnu Valletta's post 19/12/2023

Grazzi lil dawk kollha li taw l-appoġġ tagħhom lis-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani Beltin għal din l-attività li issa daħlet fil-kalendarju kulturali tagħna l-Beltin.

Kemm hu sabiħ tara t-tfal u l-familji jifirħu flimkien.

16/12/2023

IS-SITTAX TAX-XAHAR!

Seba' xhur 'il bogħod mill-jum għażiż tas-16 ta' Lulju, il-jum tal-Madonna tal-Karmnu, jum Malta Karmelitana.

Bik l-anġli jitgħaxxqu
O Xemx tal-qdusija.
Int biss mingħajr ħtija
O safa bla qies!

(Mill-Innu Si Levi tal-Karmelitan Patri Anastasju Cuschieri)

Ritratt: Carl Farrugia Photography

14/12/2023

EARLY CHRISTMAS BREAKFAST

Inħeġġukom tingħaqdu magħna wara l-Quddiesa ta' Nofsilejl għal Early Christmas Breakfast.

Apparti li nieklu xi ħaġa tajba flimkien, ningħaqdu flimkien bħala komunità Karmelitana biex nawguraw lil xulxin Milied Qaddis.

Id-dettalji kollha ssibuhom fil-poster:

11/12/2023

Għada fis-Santwarju Bażilika. Kulħadd huwa mistieden biex jattendi.

11/12/2023

Proset lis-Sezzjoni Carmelite Adventures għall-impenn u l-ħidma tagħhom.

Segwu hawn l-intervista waqt il-programm Kalamita

07/12/2023

IMNISSLA BLA ĦTIJA

Nidħlu fis-Solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni.

Kollok sabiħa int, o Marija.
U tebgħa fik ma hemmx.
Int il-glorja ta' Ġerusalemm.
Int il-ferħ ta' Israel.
Int il-ġieħ tal-poplu tagħna.
Int l-avukata tal-midinbin.
O Marija!

Ritratt: Il-vara għażiża u devota tal-Madonna tal-Karmnu biswit il-bandalora tad-Domma tal-Immakulat Konċepiment ta' Marija, waħda minn sett ta' erba' bandalori meravilja.

06/12/2023

Nifirħu bl-aħbar sabiħa li l-festa Maltija ġiet inkluża fil-lista tal-wirt intanġibbli tal-umanità mill-UNESCO.

Aktar minn qatt qabel inkomplu naħdmu biex insaħħu l-festa Maltija.

Bħala festa fil-Belt għandna responsabbilità doppja li nipproteġu Wirt Intanġibbli f’lokalità meqjusa Wirt Dinji.

Proset lill-awtoritajiet u j’Alla issa kulħadd jiġbed ħabel wieħed biex verament nipproteġu dan il-patrimonju.

06/12/2023

AWGURI PIRJOL

L-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu tawgura lill-Pirjol u lir-Rettur tas-Santwarju Patri Alex Scerri l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu.

Filwaqt li nawgurawlu minn qalbna, nirringrazzjawh tal-ħidma tiegħu fost il-komunità li tinġabar fis-Santwarju Bażilika.

Inżommuh fit-talb tagħna.

Photos from Festa Madonna tal-Karmnu Valletta's post 01/12/2023

HEMM XI PONSJETTA?

Grazzi lil dawk kollha li għamlu l-ordni tagħhom għall-ponsjetti tal-Milied. Il-qligħ kollu se jmur għall-festa tant għażiża tal-Madonna tal-Karmnu.

Tistgħu tiġbru l-ponsjetti tagħkom bejn illejla u għada filgħodu sa nofsinhar.

Photos from Festa Madonna tal-Karmnu Valletta's post 30/11/2023

ATTIVITAJIET TAL-MILIED

Dawn huma tliet attivitajiet tal-Milied li qed jiġu organizzati minn tliet sezzjonijiet fi ħdan l-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu Valletta, bil-għan li nolqtu l-etajiet kollha.

Id-donazzjonijiet kollha miġbura huma b'risq il-festa tal-Madonna tal-Karmnu tas-sena 2024.

Nirringrazzjaw lil dawk kollha li dejjem jagħtuna appoġġ.

28/11/2023

KARMELITANI BELTIN

Fl-aħħar jiem bdew jitqassmu t-tesseri ta' dawk li huma membri tal-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu.

Nirringrazzjaw lil dawk kollha li ssieħbu fl-Għaqda u dawk li ġeddew it-tessera tagħhom u nfakkrukom li din tista' tiġi ppreżentata fiċ-Ċentru tal-Għaqda (Gourmet Kafè) għall-skont fuq il-kont tagħkom.

Dawk kollha li jixtiequ jissieħbu fl-Għaqda jistgħu javviċinaw lil xi membru tal-kumitat. Bid-donazzjoni tagħkom tkunu qed tgħinu lill-Għaqda li tant taħdem għall-festa tant għażiża għalina.

VIVA L-MADONNA TAL-KARMNU

Photos from Festa Madonna tal-Karmnu Valletta's post 24/11/2023

SITT SNIN ILU

Propju bħal-lum sitt snin, 24 ta' Novembru 2017, bdiet titwettaq ix-xewqa u l-ħolma ta' kull Karmelitan, meta tpoġġiet l-ewwel irħama tal-paviment tas-Santwarju.

Inħarsu lura b'sodisfazzjon lejn dawk il-mumenti sbieħ u nkomplu nitħeġġu fil-ħidma tagħna biex dan is-Santwarju jibqa' l-benniena tad-devozzjoni Karmelitana u Marjana f'Malta.

VIVA L-MADONNA TAL-KARMNU

Ritratti: Carl Farrugia

Photos from Festa Madonna tal-Karmnu Valletta's post 23/11/2023

Il-PRESEPJU FIL-QALBA TAL-BELT

Hekk kif il-Belt Valletta bdiet tilbes il-libsa tal-Milied, għal sena oħra, l-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu qed tieħu ħsieb l-armar tal-presepju fil-qalba ta' beltna, biswit il-Kon Katidral ta' San Ġwann.

Nirringarzzjaw lill-voluntiera kollha tal-għaqda tagħna li jxammru l-kmiem mhux biss għall-festa, imma anke għal dak kollu li għandu x'jaqsam mal-ħajja kulturali tal-Belt Kapitali Maltija.

Inħeġġu lil kulħadd biex f'dawn il-jiem, meta jżuru l-Belt biex igawdu l-armar u l-atmosfera mill-isbaħ, jgħaddu jżuru dan il-presepju li wara kollox jiġbor fih is-sens kollu ta' dawn il-festi.

Kburin bl-Għaqda tagħna! Għaqda ħajja tul is-sena kollha!

Photos from Festa Madonna tal-Karmnu Valletta's post 19/11/2023

L-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu qed tieħu sehem fil-Wirja 'Sancti Dei' imtella' ġewwa ż-Żejtun fis-sede tal-Banda BELAND, permezz tal-istatwa mżanżna din is-sena għall-festa tat-tfal.

19/11/2023

BEJGĦ TA' PONSJETTI

Bejgħ ta' ponsjetti b'risq il-festa tal-Madonna tal-Karmnu. Inħeġġukom tpoġġu l-ordni tagħhom u tkunu qed tgħinu lill-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu biex tkompli bil-ħidma tagħna.

Bħal dejjem, minn qalbna grazzi tal-appoġġ li dejjem tagħtuna.

17/11/2023

🎮🎄Ejja u ddeverti bil-Maġija tal-Logħob dan il-Milied! 🕹️🎁

Lestu għal avventura tal-Milied indimentikabbli! 🌟 Il-GameFest tagħna tal-Milied hija ċ-ċelebrazzjoni għat-tfal ta' bejn it-8 u s-16-il sena, u se jkollha il-logħob kollu li tista' timmaġina. 🎮

🔹 X'hemm fil-Maħżen? 🔹

Tagħrif dwar il-logħob: Taħdita dwar ix-xejriet u l-istrateġiji tal-logħob biex tgħolli l-ħiliet tiegħek.
Playtime: idħol fid-dinja tal-logħob ma' sħabek u esplora varjetà ta' logħob għall-etajiet kollha.
Sorpriżi u rigali: Santa Clause għandu xi Rigali speċjali għalik! 🎅🎮

🔹 Dettalji tal-Avveniment: 🔹
📅 Data: 17 ta’ Diċembru, 2023
🕒 Ħin: 2:00 PM
🏠 Post: Misrah ir-Repubblika, Il-Belt Valletta VLT1410, Malta

💰 Dħul: €10 biss għal kull tifel! (Postijiet limitati, ibbukkja ħallu ma tkunx diżappuntat!)

Ibbukkja l-post issa bil-formola online: https://forms.gle/EnTaCQK8GLsDujcv5

Ikkuntatjana għal booking u mistoqsijiet fuq ☎️ 7721 6000 jew 📧 [email protected].

Ġib magħkpm l-ispirtu tal-Milied u l-entużjażmu tal-logħob fil-GameFest tal-Milied! 🎅🎮

Titlifx dan l-avveniment. Ingħaqad magħna għal ġurnata mimlija divertiment, tagħlim u sorpriżi.

16/11/2023

F'din il-għodwa sabiħa tas-16 tax-xahar, ma nistgħux ma naħsbux fik għażiża patruna tagħna! Tmien xhux oħra, niċċelebrawk, imma qalbna marbuta miegħek f'kull mument.

Sa mill-qedem il-Belt tagħna
xbiehet għożżet tul is-snin.
Nitolbuk bħal ta' qabilna
ħarstek żomm fuqna l-Beltin.

VIVA L-MADONNA TAL-KARMNU!

(Poeżija: Kliem ta' Stephen Baldacchino. Ritratt: Sebio Aquilina.)

15/11/2023

TIFKIRA TAL-ERWIEĦ KOLLHA KARMELITANI

Niftakru llum fit-talb tagħna fl-erwieħ ta' dawk ħutna Karmelitani li ħallewna, kemm reliġjużi, iżda anke membri fit-Terz'Ordni Karmelitan.

Agħtihom O Mulej il-Mistrieħ ta' Dejjem...

14/11/2023

🎁 TQASSIM TA’ RIGALI 🎁

Tirritorna l-attività annwali tat-tqassim tar-rigali tal-Milied mis-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani Beltin.

Id-dettalji fil-poster 👇

14/11/2023

SOLENNITÀ TAL-QADDISIN KOLLHA KARMELITANI

L-Ordni Karmelitan jiċċelebra llum is-Solennità tal-Qaddisin Kollha Karmelitani. Nitolbu għall-Ordni Karmelitan kollu, speċjalment għall-Provinċja Karmelitana Maltija.

03/11/2023

IKLA B'RISQ IN-NAR TAL-FESTA 2024

Infakkrukom fl-ikla li l-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu se torganizza bħal-lum ħmistax, b'risq in-nar tal-Festa 2024.

Inħeġġu lil kulħadd biex jattendi. Dawn l-attivitajiet huma importanti biex nibqgħu nagħmlu festa kbira u li tixraq lill-Madonna tal-Karmnu.

Din hija ikla waħda biss minn sensiela ta' ikliet b'risq aspetti differenti tal-festa.

Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom.

01/11/2023

TIFKIRA TA’ ĦUTNA MEJTIN

Inpoġġu f'riġlejn il-Madonna tal-Karmnu, Patruna tal-Erwieħ tal-Purgatorju, l-erwieħ ta' ħutna, qrabatna, ħbiebna u benefatturi tagħna.

Mit-tiġrib Inti eħlisna
B'dan il-Labtu kif wegħidt
Mill-infern ukoll ħarisna,
U fil-Ġenna ħudna dritt.

QUDDIES FIS-SANTWARJU:

7:00am, 10:00am u 10.30am
6:00pm: Għasar Solenni
6:30pm: Quddiesa Kantata

01/11/2023

SOLENNITÀ TAL-QADDISIN KOLLHA

Qaddisin t’Alla idħlu għalina. Sultana tal-Qaddisin kollha, itlob għalina.

𝐏𝐮𝐫ċ𝐢𝐬𝐬𝐣𝐨𝐧𝐢 𝐒𝐨𝐥𝐞𝐧𝐧𝐢 (𝟐𝟎𝟐𝟑 - 𝟒,𝟓,𝟔,𝟕,𝟖) / 𝐕𝐚𝐥𝐥𝐞𝐭𝐭𝐚 𝐒𝐚𝐧 Ġ𝐰𝐚𝐧𝐧 / 𝐅𝐞𝐬𝐭𝐚 𝐭𝐚' 𝐌𝐚𝐝𝐨𝐧𝐧𝐚 31/10/2023

MINN LENTI DIFFERENTI

Segwi hawn il-wasla tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu quddiem il-Kon Katidral ta' San Ġwann, minn perspettiva għal kollox differenti.

Filmat li jixhed ukoll id-devozzjoni u kemm il-festa tal-Karmnu, hija verament FESTA TAN-NIES!

Viva l-Madonna tal-Karmnu!

Ħajr lil Rayden Mizzi

𝐏𝐮𝐫ċ𝐢𝐬𝐬𝐣𝐨𝐧𝐢 𝐒𝐨𝐥𝐞𝐧𝐧𝐢 (𝟐𝟎𝟐𝟑 - 𝟒,𝟓,𝟔,𝟕,𝟖) / 𝐕𝐚𝐥𝐥𝐞𝐭𝐭𝐚 𝐒𝐚𝐧 Ġ𝐰𝐚𝐧𝐧 / 𝐅𝐞𝐬𝐭𝐚 𝐭𝐚' 𝐌𝐚𝐝𝐨𝐧𝐧𝐚 Subscribe - https://goo.gl/A13Jg5Playlist - Co-Cathedral of St. John - Bells Recordings - https://goo.gl/9w9NVz----------------------------------------------...

28/10/2023

San Guda Taddew, itlob ghalina.

25/10/2023

NITOLBU GĦALL-PROVINĊJA KARMELITANA

F'din il-ġurnata għażiża tal-Erbgħa meta niċċelebraw it-Tifkira Devota tal-Madonna tal-Karmnu, ejjew nitolbu għall-Provinċja Karmelitana Maltija.

Matul din il-ġimgħa, se jkollna fostna lill-Pirjol Ġenerali, Patri Míceál O'Neill O.Carm li se jiltaqa' mal-familja Karmelitana bi preparazzjoni għall-Kapitlu tas-sena d-dieħla.

Inpoġġu taħt il-ħarsien matern tal-Madonna tal-Karmnu, dawn il-laqgħat ta' dixxerniment u riflessjoni, filwaqt li nitolbu wkoll għal aktar vokazzjonijiet.

23/10/2023

SAN ĠWANNI PAWLU II

Ilbieraħ il-Knisja ċċelebrat il-Festa ta' San Ġwanni Pawlu II.

Inġeddu l-mument mill-isbaħ meta f'Lulju li għadda lqajna fostna l-Labtu li kien jilbes dan il-Papa, qaddis ta' żminna, fil-ġranet tal-festa għażiża u devota tal-Madonna tal-Karmnu!

J'Alla, bħal San Ġwanni Pawlu, anke aħna nżommu fuqna b'devozzjoni l-Labtu ta' Marija u nilbsu fuq kollox il-libsa tal-virtuwijiet tagħha.

VIVA L-MADONNA TAL-KARMNU! VIVA L-LABTU TA' MARIJA!

22/08/2023

22 TA' AWWISSU - MARIJA REĠINA

Niċċelebraw illum il-festa ta' Marija Reġina u bir-raġun ħsiebna jtir lejn il-jum għażiż tal-15 ta' Lulju 1881 meta għall-ewwel darba fil-Gżejjer Maltin, il-Maltin missirijietna ħatru lill-Madonna taħt it-titlu għażiż tal-Karmelu, bħala s-Sultana tagħhom.

B'kuruni tad-deheb u ħaġar prezzjuż issiġġilaw għal dejjem din ir-rabta għażiża.

Illum, 142 sena nġeddu dik il-wiegħda li għamlu dawk ta' qabilna meta għażluk b'Omm u Sultana!

INT SRAQTILNA QALBNA! VIVA L-MADONNA TAL-KARMNU!

21/08/2023

ATTIVITÀ B'RISQ IL-FESTA

Il-ħidma tkompli b'ħarsitna 'l quddiem lejn FESTA KBIRA oħra fl-2024.

Ingħaqdu magħna għal din l-attività annwali fl-aħħar tas-sajf biex niddevertu flimkien filwaqt li nkunu qed nagħtu l-appoġġ tagħna lill-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu.

Inħeġġukom tistiednu wkoll lill-qraba u l-ħbieb tagħkom biex jattendu!

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Valletta?
Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

Uħud mill-murtali maħruqa waqt it-Tranżlazzjoni 2022
Ticcaqlaq int! Ticcaqlaq Malta!
LIVE: Mill-marċ tal-aħħar jum tan-Novena
LIVE: 1:40am biex inkomplu nbiddlu lil Beltna f’Palazz għas-Sultana

Address


Old Theatre Street
Valletta
VLT1535
Other Religious Organizations in Valletta (show all)
Hbieb tal-Gimgha l-Kbira, Valletta Hbieb tal-Gimgha l-Kbira, Valletta
St. Ursola Str
Valletta

PASSIO DOMINI NOSTRI JESU KRISTI

LBC MT LBC MT
Valletta
Valletta

Vince Marshall Vince Marshall
Fatima Church G`Mangia
Valletta, PTA1113

MASS -ROSARY -ADORATION WITH HEALING PRAYERS

Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien
Valletta

Paġna ta’ Facebook Uffiċjali tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien f’

Fratellanza San Vincenz Ferreri -Valletta Fratellanza San Vincenz Ferreri -Valletta
Parrocca Bazilika Matrici Ta' Santa Marija Tal-Porto Salvo U San Duminku
Valletta

Il-pagna ta' facebook tal-Fratellanza ta' San Vincenz Ferreri, imwaqqfa fil-Bazilika Matrici ta' Santa Marija tal-Porto Salvo u San Duminku fil-Belt Valletta.

St Andrew's Scots' Church Malta St Andrew's Scots' Church Malta
South Street
Valletta

We are an international and interdenominational church worshiping in Reformed Christian tradition

The Church Of Pentecost - Malta The Church Of Pentecost - Malta
Valletta

Welcome to the official page for The Church Of Pentecost in Malta, Europe.

Kollox Mitmum Wirja tal-Ġimgħa l-Kbira Kollox Mitmum Wirja tal-Ġimgħa l-Kbira
West Street Valletta
Valletta

Din hija wirja tal-ġimgħa l-kbira li issir fil-Kunvent tal-Karmnu l-Belt Valletta

Faith Hope & Charity Faith Hope & Charity
7, Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT1171

Run and managed by the Missions' Office, all profits go towards projects being held in Missionary countries. Email: [email protected]

St Paul's Pro-Cathedral St Paul's Pro-Cathedral
Independence Square
Valletta, VLT1535

St Paul's Pro-Cathedral is an Anglican pro-cathedral situated in Independence Square, Valletta, Malta.

Knisja Ta' Ġieżu - Patrijiet Franġiskani l-Belt Valletta Knisja Ta' Ġieżu - Patrijiet Franġiskani l-Belt Valletta
Triq San Ġwann/St. John Street
Valletta, VLT1213