Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien

Paġna ta’ Facebook Uffiċjali tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien f’

Kontenut ta’ ispirazzjoni u aħbarijiet mill-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien f’Malta.

16/10/2023

Il-membri tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, xi drabi magħrufin fil-passat bħala "Mormoni", jemmnu li t-tempji huma l-iktar postijiet qaddisa fid-dinja. Fil-bidu, meta tempju jinbena, huwa jkun miftuħ għall-pubbliku u kulħadd jista' jidħol ġewwa.
X'hemm ġewwa tempju qaddis tal-aħħar żmien. Jekk jogħġbok ara l-vidjo u ssir taf.

09/10/2023

F'dan il-vidjo, il-Presbiteru Bednar u l-Presbiteru Rasband imexxu mawra madwar it-Tempju ta' Ruma fl-Italja. Huma juru l-bosta kmamar u jispjegaw l-ordinanzi li jitwettqu fihom, notevolment kif familji huma ssiġillati flimkien anki wara din il-ħajja. Intom se taraw ukoll kif Kristu huwa fiċ-ċentru tat-tempji.
Tixtiequ tkunu tafu iżjed dwar it-twemmin tagħna u kif il-familja tagħkom jistgħu jkunu flimkien għall-eternità?
Jekk jogħġobkom sibu iktar informazzjoni hawn: https://www.il-knisjatagesukristu.org

04/10/2023

Ġesù jwieġeb t-talba tal-profeta Nefi u jidher lilu u lid-dixxipli l-oħrajn tal-Amerka tal-Qedem. Il-Mulej jgħid lil Nefi li l-Knisja tiegħu għandha tkun magħrufa bl-isem Tiegħu, l-istess kif dawk li jimxu warajh huma magħrufin b'ismu.
Ġesù jgħallem lid-dixxipli iżjed dwar l-evanġelju tiegħu tal-fidi, indiema u magħmudija. Huwa jgħallem li l-ebda ħaġa mniġġsa ma tista' tidħol fil-preżenza ta' Alla, ħlief dwak li huma mnaddfin permezz tad-demm espjatorju ta' Kristu.
https://www.churchofjesuschrist.org/study/scriptures/bofm/3-ne/27?lang=eng
Il-Ktieb ta' Mormon: Testment Ieħor ta' Ġesù Kristu

X'differenza jagħmel l-użu tal-isem sħiħ tal-Knisja?
Jekk jogħġbok ixxerja l-ħsieb tiegħek.

02/10/2023

Ġesù jbierek u jamministra s-sagrament tiegħu lill-poplu tal-Amerka tal-Qedem. Il-Mulej jgħallimhom li huma fdal tad-Dar ta' Iżrael u se jinġabru skont il-patt tal-Missier.
Ġesù jgħid li hu se jistabbilixxi l-poplu fl-art tal-Amerki u huma se jingħataw l-għarfien tal-Feddej. Huwa jsejħilhom ulied il-profeti, ulied il-patt u ż-żerriegħa ta' Adam.
https://www.churchofjesuschrist.org/study/scriptures/bofm/3-ne/20?lang=eng
Il-Ktieb ta' Mormon: Testment Ieħor ta' Ġesù Kristu

Kif taħseb li Alla se jiġbor lil uliedu?
Jekk jogħġbok ixxerja l-viżjoni tiegħek.

27/09/2023

Il-profeta Nefi u d-dixxiplu ta' Kristu jitilqu biex jiġbru l-poplu tal-Amerka tal-Qedem, hekk kif jiddikjaraw li deherilhom Ġesù. Jitwettqu l-magħmudijiet u Ġesù jirritorna biex juri lilu nnifsu mill-ġdid.
Tfal u adulti jitkellmu dwar mirakli u fejqan li huma kienu xhieda tagħhom u rċevew minn idejn Kristu.
In-nies li jisimgħu x-xhieda personali tagħhom ta' Ġesù jemmnu kliemhom u jinġabru fil-post fejn Kristu kien deher qabel. L-għadd tagħhom huwa tant kbir li d-dixxipli jorganizzaw l-poplu fi gruppi sabiex jgħallmuhom u jimministrawlhom b'iktar ordni. Dawk li jemmnu fi Kristu u jindmu jiġu mgħammdin.
Jinżlu xi anġli mis-smewwiet u Ġesù jidher lill-Profeta Nefi u lill-poplu mill-ġdid biex jimministra fosthom u jitlob lill-Missier.
https://www.churchofjesuschrist.org/study/scriptures/bofm/3-ne/19?lang=eng
Il-Ktieb ta' Mormon: Testment Ieħor ta' Ġesù Kristu

X'inhu l-impatt li tkun ta' xhieda ta' Kristu?
Jekk jogħġbok ixxerja waħda mill-esperjenzi tiegħek.

25/09/2023

Ġesù jwaqqaf is-sagrament tiegħu fost in-nies tal-Amerka tal-Qedem.
Il-Mulej ibierek il-ħobż u l-inbid u jamministra s-sagrament b'tifkira ta' ġismu u demmu, li xxerred għall-bnedmin kollha.
It-talba, mogħtija minn Kristu, hija t-talba tas-sagrament essenzjali offruta minn dawk li jħaddnu s-saċerdozju u amministrata f'Jum il-Mulej fil-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien.
It-tħejjija tas-sagrament ippreżentata hawnehkk hija simili fil-forma għas-sagrament peress li hija mħejjija u mbierka quddiem kongregazzjonijiet ta' Qaddisin tal-Aħħar Żmien madwar id-dinja.
https://www.churchofjesuschrist.org/study/scriptures/bofm/3-ne/18?lang=eng
Il-Ktieb ta' Mormon: Testament Ieħor ta' Ġesù Kristu

Kemm huwa importanti għalik is-sagrament?

20/09/2023

Ġesù jimminstra lil nies tal-Amerka tal-Qedem u jagħraf id-dgħufija tagħhom. Mimli mogħdrija għalihom, huwa jfejjaq lill-morda tagħhom, isejjaħ lit-tfal żgħar jersqu lejh u jitlob.
Xi anġli jinżlu mis-sema u jimministrawhom.
Is-siltiet tal-iskrittura li jmiss jippruvaw jagħtu deskrizzjoni ta' avveniment wisq tal-għaġeb u ta' ferħ biex wieħed jispjega b'reqqa jew jifhem.
https://www.churchofjesuschrist.org/study/scriptures/bofm/3-ne/17?lang=eng
Il-Ktieb ta' Mormon: Testment Ieħor ta' Ġesù Kristu

Kristu kif inhu kollu mogħdrija għalik?
Jekk jogħġbok ixxerja l-esperjenzi tiegħi.

18/09/2023

Ġesù jgħid lin-nies tal-Amerka tal-Qedem li huma in-"nagħaġ l-oħra" tal-merħla tiegħu, kif inkiteb fil-Bibbja u ntqal mill-Mulej lil dawk f'Ġerusalemm.
Ġesù jispjega li l-evanġelju tiegħu jwassal sal-milja lil-liġi tal-profeti, u li l-liġi ta' Mosè issib it-tmiem tagħha fih. Ġesù jiddikjara li hu l-liġi u l-ħajja, li li dawk li jemmnu fih u jżommu sħiħ fl-evanġelju tiegħu, se jiksbu l-ħajja eterna.
Ġesù jitkellem ukoll dwar l-evanġelju rrestawrat fl-aħħar żmien u l-patt Tiegħu li jiġbor l-imferrxa Dar ta' Iżrael.
https://www.churchofjesuschrist.org/study/scriptures/bofm/3-ne/15?lang=eng
Il-Ktieb ta' Mormon: Testment Ieħor ta' Ġesù Kristu

Xi tħoss meta tiftakar li Kristu qed jiġbor in-nagħaġ tiegħu minn madwar id-dinja?
Jekk jogħġbok ixxerja ħsibjietek.

13/09/2023

Ġesù Kristu jkompli bit-tagħlim tiegħu matul iż-żjara lil nies tal-Amerka tal-Qedem. Kliem Ġesù jirrifletti d-Diskors tal-Muntanja u l-Beatitudinijiet kif insibuhom fl-Evanġelju ta' Mattew 5 - 7.
It-tnax -il dixxiplu li kienu msejħin minn Ġesù biex jimministraw huma beliqiegħda quddiem il-poplu filwaqt li il-Mulej jgħallem l-evanġelju.

11/09/2023

Ġesù Kristu jgħallem lil nies tal-Amerki u jsejjaħ lill-profeta Nefi u dixxipli oħrajn b'isimhom, u hekk jagħtihom il-qawwa li jgħammdu lil dawk li jindmu u jemmnu fih.
Wieħed wieħed, dawn id-dixxipli jersqu 'l quddiem u Ġesù juri quddiem il-poplu kif dawk li jemmnu fih għandhom jiġu mgħaddsin fl-ilma u jkunu mgħammdin.
Ġesù jgħid ukoll it-talba tal-magħmudija li għandha tingħad waqt il-magħmudija.
Ġesù jiddikjara wkoll id-duttrina tiegħu u jsejjaħ tifel biex jieqaf quddiemhom. Huwa jgħallem lill-folla li jeħtieġu li jindmu, jemmnu fih, isiru bħal tifel ċkejken u jiġu mgħammdin f'ismu.
https://www.churchofjesuschrist.org/study/scriptures/bofm/3-ne/11?lang=eng

Il-Ktieb ta' Mormon: Testment Ieħor ta' Ġesù Kristu

Għala hi daqshekk importanti l-magħmudija? X'għallem Ġesù dwarha?
Jekk jogħġbok ixxerja l-opinjoni tiegħek.

06/09/2023

Qabel ma Kristu deher lin-nies tal-Amerka tal-Qedem, huma sofrew minħabba diżastri mill-agħar - terrimoti, maltempati u nirien kienu l-kawża ta' mwiet bla għadd u l-qirda ta' bliet sħaħ. Ingħata bidu għal tliet ijiem ta' dlam.
Matul iż-żmien ta' dlam ma jaqta' xejn, is-sofferenza ma' kullimkien ġiegħlet lill-poplu li ssopraviva li jitbekka sforz in-niket kbir tiegħu - ħwejjeġ li kollha kemm huma wettqu kliem il-profeti, li bassru l-kruċifissjoni ta' Kristu.
Fl-aħħar mill-aħħar, it-tbatija ta' dan il-poplu qadim ġiet fi tmiemha. Huma semgħu leħen Kristu jkellimhom. Il-leħen ta' Alla l-Missier instema' jintroduċi lil Ġesù bħala Ibnu l-Għażiż. Il-poplu ra lis-Salvatur imqajjem mill-mewt jinżel fid-dinja u jimministrahom.
https://www.churchofjesuschrist.org/study/scriptures/bofm/3-ne/8?lang=eng

Il-Ktieb ta' Mormon: Testment Ieħor ta' Ġesù Kristu

Kif kont tħossok kieku kont hemm dak iż-żmien?
Jekk jogħġbok aqsam il-ħsibijiet tiegħek magħna.

04/09/2023

Qirda tal-biża' tolqot lill-poplu tal-Amerka tal-Qedem. It-tama tirritorna hekk kif is-superstiti jinġabru u jixhdu lil Kristu Mqajjem mill-Mewt nieżel mis-Smewwiet. Ġesù jimministra fosthom u jidhru l-anġli.

https://www.churchofjesuschrist.org/study/scriptures/bofm/3-ne/8?lang=eng

Il-Ktieb ta' Mormon: Testment Ieħor ta' Ġesù Kristu


Kif kont tħossok li kieku kont hemm dak iż-żmien?
Jekk jogħġbok ixxerja l-ħsibijiet tiegħek?

24/08/2023

Dawk kollha li jaċċettaw l-evanġelju ta' Ġesù Kristu jsiru parti mill-ħidma ta' Alla, indipendentament tar-razza, il-ġeneru, l-istat ekonomiku jew l-edukazzjoni tagħhom. Li tgħix l-evanġelju jfisser li tħobb lin-nies kollha b'sinċerità, li tkun ta' qalb tajba, li timxi mal-kmandamenti ta' Alla, u li tagħmel l-patti u tħarishom. L-evanġelju kif jagħtik is-sigurtà u l-kuntentizza f'ħajtek?

17/08/2023

L-imħabba tagħkom għal uliedkom toħloq ambjent għani biex tgħallmu l-verità u trawmu l-fidi. Imbagħad bis-sabar kollu ppermettu lil uliedkom jagħmlu għażliet ibbażati fuq ispirazzjoni u ħallu lil Alla jagħmel il-miraklu tiegħu. Huwa bħal meta tieħu ħsieb pjanta, meta ssaħħaħha b’ħamrija tajba, bl-ilma u d-dawl, u tneħħilha l-ħaxix il-ħażin. Meta jasal iż-żmien tagħha, hi ħa tiffjorixxi b’mod mill-isbaħ.

Kif trabbi lill-familja tiegħek sabiex issir b’saħħitha? Jekk jogħġbok aqsam magħna l-esperjenzi tiegħek.

14/08/2023

Kull wieħed jibda hu stess. Jekk nimxu wara t-tagħlim ta' Kristu individwalment, imbagħad flimkien nistgħu nittamaw li nsiru ħaġa waħda. L-unità ma titlobx li nkunu l-istess, iżda titlob l-armonija.
Minn fejn tibda? Kif tinvolvi r-relazzjoni magħna nfusna u ma' oħrajn? Kif niksbu l-armonija fl-aħħar? Kif issir Ħaġa Waħda fi Kristu? Jekk jogħġbok aqsam is-suġġerimenti tiegħek. Biex tkun taf iżjed, jekk jogħġbok ikklikkja fuq: https://www.il-knisjatagesukristu.org

09/08/2023

Xi drabi jaf ikun diffiċli li nżommu l-valuri tagħna matul il-kors tal-ħajja. Il-valuri tagħna jafu jkunu sfidati meta niġu wiċċ imb wiċċ mad-diffikultajiet. Hemm mod kif nibqgħu sodi u sħaħ mingħajr ma nċedu. Ara dan il-vidjo biex issir taf kif. Kif tista' tibqa' sod u sħiħ mingħajr ma ċċedi? Jekk jogħġbok aqsam magħna l-esperjenza tiegħek, forsi biha tkun qed tgħin lil xi ħadd.
Biex issir taf iktar, jekk jogħġbok mur fuq: https://www.il-knisjatagesukristu.org/

09/08/2023

Forsi qed tfittex it-tama, il-paċi u l-imħabba f'ħajtek. Għalkemm xi wħud jaħsbu li mhix possibbli, jeżisti mod kif tirċevihom matul din il-ħajja. Jekk jogħġbok ara dan il-vidjo biex tiskopri kif. Kif tirċievi t-tama, il-paċi u l-imħabba f'ħajtek? Jekk jogħġbok aqsam magħna l-kummenti tiegħek.
Biex titgħallem iżjed, jekk jogħġbok ikklikkja fuq din il-ħolqa: https://www.il-knisjatagesukristu.org/?lang=mlt

02/08/2023

Ejjew niftakru fil-foqra, f'dawk fil-bżonn, il-morda u l-imġarrbin, u nagħtu l-pass lejhom biex nindokrawhom.

31/07/2023

Kif nittrattaw lil xulxin jimporta ħafna. Li nnisslu l-paċi hija għażla.
L-imġiba tiegħek tagħmillek ġieħ u li ġġiblek rispett? Fejn għandek bżonn tagħmel xi tip ta' aġġustament?

26/07/2023

Alla jista' jagħtik il-paċi għal ruħek. L-istedina tiegħu biex tmur għandu hija offerta ta' paċi, huma x'inhuma ċ-ċirkostanzi li tgħix fihom.

24/07/2023

Qatt indunajt li drawwiet żgħar jagħmlu bidla kbira u sinifikanti iktar 'il quddiem?
Dan ċertament li jgħodd ukoll għall-ispiritwalità.
Il-Presbiteru Renlund jitkellem dwar kif drawwiet ta' devozzjoni fil-ħajja privata tiegħu, żgħar u kostintenti, għenuh biex iħossu qrib ta' Alla.
Liema drawwiet żgħar iressquk eqreb lejn Alla? Jekk jogħġbok ixxerja s-suġġerimenti tiegħek.
Iżjed fuq:
https://www.ejjaghandkristu.org

19/07/2023

Qatt xi darba intbaħt kemm tħossok differenti meta tkun ersaqt lejn oħrajn biex tagħtihom servizz? Il-Presbiteru Gong jispjega kif wieħed għandu jikkonnettja mal-Mulej permezz tas-servizz.
Kif tħossok meta tersaq lejn oġrajn biex tagħtihom servizz? Dan kif jgħinek biex tikkonnettja ma' Alla?
Jekk jogħġbok ixxerja l-ħsibijiet tiegħek.
Iktar fuq:
https://www.ejjaghandkristu.org

17/07/2023

Forsi xi drabi f'ħajtek ħassejt ġewwa qalbek suġġerimenti, sentimenti jew gwida dwar il-protezzjoni jew il-benesseri tiegħek.
Dawn jafu jkunu ġejjin permezz tal-messaġġier ta' Alla, magħruf bħala l-Ispirtu s-Santu.
Bħala tifel żgħir, il-Presbiteru Stevenson tgħallem kif għandu jisma' mill-Ispirtu s-Santu.
B'liema modi tesperjenza s-suġġerimenti tal-Ispirtu s-Santu f'ħajtek?
Jekk jogħġbok aqsam l-istejjer tiegħek.
Iżjed fuq:
hzttps://www.ejjaghandkristu.org

12/07/2023

Forsi qed tfittex gwida, assigurazzjoni, u protezzjoni f'ħajtek. Il-Presbiteru Bednar jispjega kif hu jsibhom fi kliem Alla, miktub fl-Iskrittura Mqaddsa.
Inti kif issib lil Alla fl-Iskrittura Mqaddsa?
Jekk jogħġbok ixxerja l-esperjenza tiegħek.
Iżjed fuq:
https://www.ejjaghandkristu.org

10/07/2023

Jingħad li l-imħabba hija l-qofol tal-ħajja, li tista' tibdel il-mod li bih naraw id-dinja u lil għajrna. X'taħseb?
U xi ngħidu dwar l-imħabba ta' Alla?
Il-Presbiteru Uchtdorf jispjega kif l-imħabba tiegħu għal Alla għenitu biex jirċievi tweġibiet u ispirazzjoni matul ħajtu.

Għal liema ħwejjeġ inti grat, li tak Alla? X'tista' tagħmel biex tiskopri li hemm Alla?

Jekk jogħġbok ixxerja l-esperjenzi tiegħek.
Iktar fuq:
https://www.ejjaghandkristu.org

05/07/2023

Qatt xi darba tlabt lil Alla b'vuċi għolja billi tuża kliemek stess? X'ġara wara?
Il-Presbiteru Holland jaqsam magħna kif, li jitlob b'vuċi għolja jgħinu jikkomunika aħjar mal-Mulej u jħossu f'qalbu.
X'jinbidel li kieku kellek issib ħin biex titlob lil Alla b'mod vokali?
Jekk jogħġbok ixxerja l-opinjoni tiegħek.
Iżjed fuq:
https://www.ejjaghandkristu.org

04/07/2023

Iktar minn 700 adult żagħżugħ, membri tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, iltaqgħu f'Berlin riċentament għal konferenza ta' servizz madwar l-Ewropa, konferenza ta' 10 ijiem ċċentrata fuq
il-volontarjat waqt l-Olimpjadi Speċjali 2023.

Il-Knisja fl-Ewropa pprovdiet akkomodazzjoni, ikel u attivitajiet soċjali għall-parteċipanti kollha tal-konferenza, li inkludew membri u ħbieb tal-knisja minn 18 sa 35 sena. L-organizzazzjoni tal-Olimpjadi Speċjali pprovdiet trasportazzjoni, servizzi ta' shuttle, tagħmir tal-volontarjat, taħriġ, u essjanments lil iktar minn 21 rwol volontarju. Il-voluntiera setgħu jew jipparteċipaw għal ħames ijiem jew għall-perjodu kollu.

Il-Logħob Dinji tal-Olimpjadi Speċjali huma l-ikbar avveniment ta' sport inklussiv fid-dinja, b'madwar 7,000 atleta b'diżabbilità jikkompetu f'26 dixxiplina. Iktar minn 12,000 voluntier minn madwar id-dinja assistew fil-logħob din is-sena.

X'inhuma l-modi li bihom intg tista' tagħmel volontarjat fil-komunità tiegħek?

03/07/2023

Qatt xi darba ħassejtek konness ma' sors ogħla fil-mumenti kwieti ta' ħajjitna? Meta tiskonnettja l-interferenzi kollha l-oħrajn? Il-Presbiteru Ballard jispjega kif, f'mumenti kwieti, huwa jista' jħoss l-ispirazzjoni tal-Mulej.
Inti kif tikkonnettja ma' Alla fil-mumenti kwieti ta' ħajtek?
Jekk jogħġbok xi tħoss.
Iżjed fuq:
https://www.ejjaghandkristu.org

30/06/2023

Ħudu gost b'din l-interpretazzjoni ta' "Peace like a River" minn The Tabernacle Choir and Orchestra at Temple Square. Dan l-ispiritwali Afrikana-Amerikana għandha arranġament ta' Mack Wilberg.

19/06/2023

Forsi tistaqsi kif tista' ssib il-kuntentizza vera u dejjiema, kif issib il-milja fi sferi varji ta' ħajtek.
Bla ebda dubju, teżisti riċetta. X'taħseb? X'inhi r-riċetta għall-kuntentizza dejjiema?
Jekk jogħġbok ixxerja l-fehma tiegħek.
Għal iktar informazzjoni, tista' żżur
https://www.ejjaghandkristu.org/

16/06/2023

Ħudu gost b'din l-interpretazzjoni ta' "Awake and Arise, All Ye Children of Light" minn The Tabernacle Choir and Orchestra at Temple Square. Dan huwa innu minn Wales b'lirika ta' David Warner u b'arranġament ta' Mack Wilberg.

14/06/2023

Qatt xi darba tqabadt biex issib direzzjoni f'ħajtek? Li m'hemm l-ebda dawl jiggwidak?
Ċertament li hemm dawl u triq biex jiggwidawk fuq mogħdija sigura.
Kif rajt l-id li tiggwida tal-Mulej f'ħajtek?
Jekk jogħġbok ikkummenta.
Għal iktar informazzjoni:
https://www.ejjaghandkristu.org

12/06/2023

Qatt xi darba ħassejtek dgħajjef, imċaħħad mill-qawwa jew bħallikieku fallut?
Mhijiex fatalità, l-affarjiet jistgħu jinbidlu!
Tgħallem kif tista' tibdel id-dgħjufijiet tiegħek f'qawwiet.
Kif tittrasforma d-dgħjufijiet tiegħek f'qawwiet?
Jekk jogħġbok ixxerja l-esperjenza tiegħek.
Tgħallem iżjed fuq:
https://www.ejjaghandkristu.org

09/06/2023

Ħudu gost b'din l-interpretazzjoni ta' "O Splendor of God's Glory Bright" minn The Tabernacle Choir and Orchestra at Temple Square. Din il-melodija tal-innu Ġermaniż b'lirika ta' San Ambroġju kienet irranġata mingħand Mack Wilberg.

07/06/2023

Forsi tistaqsi jekk il-kmandamenti ta' Alla japplikawx għalik. Meta l-Mulej jagħtina kmandament, Huwa dejjem se jħejji triq għalina jekk aħna se jkollna rieda li nafdaw fih. Aħna mbagħad nsibu għan u fehma.
Alla kif ħejja triq għalik meta inti ddeċidejt li timxi warajh? Jekk jogħġbok ixxerja l-esperjenzi tiegħek.
Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur:
https://www.ejjaghandkristu.org

05/06/2023

Forsi tistaqsi liema direzzjoni għandek tieħu f'ħajtek. Forsi tistaqsi kif tista' tilħaq il-kuntentizza dejjiema.

Teżisti mogħdija, teżisti triq.
X'taħseb?

Liema direzzjoni se tassiguralek li ssib il-kuntentizza dejjiema?

Jekk jogħġbok aqsma magħna l-fehma tiegħek.

Għal iktar informazzjoni, tista' żżur:
https://www.churchofjesuschrist.org/comeuntochrist/believe/book-of-mormon

02/06/2023

Ħudu gost b'din l-eseguzzjoni ta' "Brightly Beams Our Father's Mercy" minn The Tabernacle Choir and Orchestra at Temple Square.

31/05/2023

Il-Ktieb ta’ Mormon jagħti xhieda ta’ Kristu, l-espjazzjoni Tiegħu u xi tfisser din għalina lkoll. Skopri kif il-Ktieb ta’ Mormon jista’ jsaħħaħ il-fidi tiegħek fi Kristu.

29/05/2023

Kif l-espressjonijiet tal-imħabba jqarbuna lejn Ġesù Kristu?

24/05/2023

Kif tista' tibni pedament spiritwali sod fuq il-blata ta' Ġesù Kristu?

Want your place of worship to be the top-listed Place Of Worship in Valletta?
Click here to claim your Sponsored Listing.

Videos (show all)

Be Thou My Vision – The Tabernacle Choir at Temple Square
Fidi li ssaqsi u taġixxi
Ejjew għand  is-Savatur
Dak Ifisser il-Milied Għalija – The Tabernacle Choir at Temple Square
Infant Holy, Infant Lowly - The Tabernacle Choir at Temple Square
It-Tfajjel Kristu: Storja tan-Natività

Address


Valletta
Other Religious Organizations in Valletta (show all)
Hbieb tal-Gimgha l-Kbira, Valletta Hbieb tal-Gimgha l-Kbira, Valletta
St. Ursola Str
Valletta

PASSIO DOMINI NOSTRI JESU KRISTI

LBC MT LBC MT
Valletta
Valletta

Vince Marshall Vince Marshall
Fatima Church G`Mangia
Valletta, PTA1113

MASS -ROSARY -ADORATION WITH HEALING PRAYERS

Fratellanza San Vincenz Ferreri -Valletta Fratellanza San Vincenz Ferreri -Valletta
Parrocca Bazilika Matrici Ta' Santa Marija Tal-Porto Salvo U San Duminku
Valletta

Il-pagna ta' facebook tal-Fratellanza ta' San Vincenz Ferreri, imwaqqfa fil-Bazilika Matrici ta' Santa Marija tal-Porto Salvo u San Duminku fil-Belt Valletta.

St Andrew's Scots' Church Malta St Andrew's Scots' Church Malta
South Street
Valletta

We are an international and interdenominational church worshiping in Reformed Christian tradition

The Church Of Pentecost - Malta The Church Of Pentecost - Malta
Valletta

Welcome to the official page for The Church Of Pentecost in Malta, Europe.

Kollox Mitmum Wirja tal-Ġimgħa l-Kbira Kollox Mitmum Wirja tal-Ġimgħa l-Kbira
West Street Valletta
Valletta

Din hija wirja tal-ġimgħa l-kbira li issir fil-Kunvent tal-Karmnu l-Belt Valletta

Faith Hope & Charity Faith Hope & Charity
7, Triq Il-Merkanti
Valletta, VLT1171

Run and managed by the Missions' Office, all profits go towards projects being held in Missionary countries. Email: [email protected]

Festa Madonna tal-Karmnu Valletta Festa Madonna tal-Karmnu Valletta
Old Theatre Street
Valletta, VLT1535

Din hija l-paġna uffiċjali tal-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu li torganizza l-Festi Esterni f'ġieħ i

St Paul's Pro-Cathedral St Paul's Pro-Cathedral
Independence Square
Valletta, VLT1535

St Paul's Pro-Cathedral is an Anglican pro-cathedral situated in Independence Square, Valletta, Malta.

Knisja Ta' Ġieżu - Patrijiet Franġiskani l-Belt Valletta Knisja Ta' Ġieżu - Patrijiet Franġiskani l-Belt Valletta
Triq San Ġwann/St. John Street
Valletta, VLT1213